Left arrow Go Back

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAS-SAJD, L-AKWAKULTURA U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI Il-Gvern ikompli jinvesti fil-portijiet tas-sajjieda

PR250689
Date Icon 25/04/2025

Inawgurazzjoni ta’ Winch Room u Service Pillars ġodda fil-Port ta’ San Tumas, Marsaskala

Waqt konferenza tal-aħbarijiet, is-Segretarju Parlamentari għas-Sajd, l-Akwakultura u d-Drittijiet tal-Annimali, Alicia Bugeja Said inawgurat proġett infrastrutturali ġdid fil-Port ta’ Marsaskala, li kien jinkludi Winch Room u Service Pillars li se jkunu ta’ servizz dirett u essenzjali għall-komunità tas-sajd u dawk li jagħmlu użu tal-port.

Dan il-proġett jirrappreżenta pass ieħor ’il quddiem fil-viżjoni tal-Gvern biex is-settur tas-sajd ikun aktar professjonali, sigur u sostenibbli. Il-Winch Room se tkun qed tintuża mis-sajjieda biex itellgħu u jniżżlu d-dgħajjes filwaqt li s-Service Pillars se joffru aċċess għall-ilma u l-elettriku, servizzi bażiċi li huma meħtieġa għax-xogħol tas-sajd.

Is-Segretarju Parlamentari Alicia Bugeja Said spjegat kif dan il-proġett huwa parti minn numru ta’ investimenti li ġew imħabbra fil-Budget, bl-għan li jkomplu jsaħħu l-portijiet tas-sajjieda madwar Malta u Għawdex. “Permezz ta’ dawn il-proġetti qed inwieġbu għat-talbiet tas-sajjieda stess, mhux biss f’Marsaskala, imma f’diversi portijiet oħrajn,” sostniet Bugeja Said.

Is-Segretarju Parlamentari ħabbret ukoll li se jiġi introdott servizz ta’ hoisting tat-tonn bla ħlas, disponibbli 24 siegħa kuljum, sabiex tiġi ssimplifikata l-ħidma tal-ħaddiema tas-sajd, partikolarment fir-rigward ta’ ħut kbir bħat-tonn. 

“Is-sajjieda tagħna huma parti importanti mill-identità marittima ta’ pajjiżna, u l-Gvern jibqa’ kommess li jkompli jappoġġjahom b’infrastruttura moderna, servizzi effiċjenti u viżjoni fit-tul għall-iżvilupp tas-settur. Kommessi wkoll li nkomplu nindirizzaw l-bżonnijiet tas-settur tas-sajd għax settur tas-sajd b’saħħtu jfisser pajjiż aktar sostenibbli, inklużiv u reżiljenti,” temmet tgħid is-Segretarju Parlamentari Bugeja Said.

L-Aġent Direttur Ġenerali tad-Dipartiment tas-Sajd u l-Akwakultura, Bjorn Azzopardi, spjega kif qed jaraw li dawn is-servizzi jkunu aċċessibbli minn kulħadd, inkluż għaqdiet ta’ sajjieda dilettanti. “L-għan tagħna hu li nissimplifikaw il-ħajja tas-sajjieda u nagħmlu l-ħidma tagħhom aktar faċli u aċċessibbli.”

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAS-SAJD, L-AKWAKULTURA U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI Il-Gvern ikompli jinvesti fil-portijiet tas-sajjieda
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAS-SAJD, L-AKWAKULTURA U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI Il-Gvern ikompli jinvesti fil-portijiet tas-sajjieda
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAS-SAJD, L-AKWAKULTURA U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI Il-Gvern ikompli jinvesti fil-portijiet tas-sajjieda
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow