Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT

pr250684
Date Icon 25/04/2025

Il-Ġimgħa filgħodu, l-Aġent President, Dr Anġlu Farrugia, attenda għall-kommemorazzjoni ta' Jum l-Anzac, fiċ-ċimiterju militari f'Tal-Pietà.

L-Eċċellenza Tiegħu ntlaqa' mill-Kummissarju Għoli tal-Awstralja għal Malta, l-Eċċellenza Tiegħu Matt Skelly, u d-Deputat Kap tal-Missjoni tal-Ambaxxata ta' New Zealand għal Spanja, akkreditat għal Malta, Blake van Velden fiċ-ċimiterju fejn hemm midfuna iktar minn 1,300 suldat minn pajjiżi tal-Commonwealth li tilfu ħajjithom fl-Ewwel Gwerra Dinjija.

Matul iċ-ċerimonja, l-Eċċellenza Tiegħu Dr Anġlu Farrugia, flimkien ma' dinjitarji oħra, qiegħed kuruna f'isem il-poplu Malti bħala turija ta' rispett u rikonoxximent lejn dawk li tilfu ħajjithom fil-gwerra ta' Gallipoli.

Iċ-ċerimonja serviet ukoll bħala tifkira tar-rwol importanti li kellha Malta matul din il-gwerra, fejn joħroġ biċ-ċar il-qlubija tal-Maltin fis-servizz li taw lil dawk midruba.

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow