Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INDAFA PUBBLIKA PVs ġodda fl-impjant tar-Reverse Osmosis taċ-Ċirkewwa u Pembroke se jiġġeneraw enerġija rinnovabbli ekwivalenti għall-użu ta’ 415-il familja

pr250645
Date Icon 17/04/2025

B’investiment ta’ madwar €750,000 ġew installati PVs ġodda fl-impjanti tar-Reverse Osmosis taċ-Ċirkewwa u Pembroke li se jwasslu għal ġenerazzjoni totali ta’ 1.8 miljun kWh fis-sena ta’ enerġija rinnovabbli. Biżżejjed biex ikopru l-bżonnijiet ta’ 415-il familja.

Dan tħabbar waqt żjara fuq il-proġetti mill-Ministru għall-Enerġija Miriam Dalli u l-Kap Eżekuttiv tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma Karl Cilia.

Fiċ-Ċirkewwa ġew installati aktar minn 440 pannella li jiġġeneraw 400,000 kWh fis-sena, biżżejjed biex jiġġeneraw enerġija għal madwar 90 dar. Fl-impjant ta’ Pembroke ġew installati madwar 1,680 pannella li jiġġeneraw 1.4 miljun kWh fis-sena, biżżejjed biex jiġġeneraw enerġija għal madwar 325 familja. 

Ix-xogħlijiet fiċ-Ċirkewwa ġew finalizzati u dan il-proġett issa qed jopera, filwaqt li dawk f’Pembroke se jitlestew fil-ġimgħat li ġejjin.  

Dawn il-proġetti huma ffinanzjati mill-Green Bonds tal-Korporazzjoni, li huma l-ewwel tax-xorta tagħhom f’Malta. 

“Għamilna avvanzi kbar fis-servizzi tal-ilma. Fil-ġenerazzjoni tal-enerġija nadifa, qed immexxu bl-eżempju. Bl-użu tal-infrastruttura tagħha biex tiġġenera enerġija nadifa, il-Korporazzjoni qiegħda tkompli tmexxi b’tranżizzjoni lejn Net Zero-Impact Utility, filwaqt li tkompli tikkontribwixxi b’mod sinifikanti biex pajjiżna jkompli fit-triq li jilħaq il-miri nazzjonali fil-qasam tal-azzjoni klimatika. Qed nuru li l-effiċjenza u s-sostenibbiltà huma elementi li jistgħu jiġu inkorporati f’diversi proġetti, biex inkomplu nimxu lejn il-miri ambjentali tagħna, finalment għall-ġid tal-familji,” qalet il-Ministru Miriam Dalli. 

Min-naħa tiegħu, il-Kap Eżekuttiv Karl Cilia qal, “Il-Korporazzjoni tibqa’ impenjata bis-sħiħ lejn l-investiment fi proġetti ta’ enerġija rinnovabbli, li huma wieħed mill-pilastri ewlenin tal-Green Bonds tagħha. Is-solar farms fiċ-Ċirkewwa u Pembroke huma xhieda kontinwa tal-fatt li minbarra li aħna ddedikati biex noffru ilma tal-aħjar kwalità lill-klijenti tagħna, determinati wkoll li nkomplu nkunu minn ta' quddiem biex inħarsu s-sostenibbiltà.”

Minbarra l-impjanti fiċ-Ċirkewwa u Pembroke, il-Korporazzjoni topera żewġ impjanti oħra tal-Reverse Osmosis, wieħed f’Għar Lapsi u ieħor f’Ħondoq, Għawdex, b’dan tal-aħħar ikun l-aktar impjant ġdid u avvanzat tal-Korporazzjoni. 

Permezz tal-investimenti sinifikanti li l-Korporazzjoni wettqet matul is-snin li għaddew, żdiedet il-produzzjoni tal-ilma fl-erba’ impjanti tar-reverse osmosis, u l-ilma desalinizzat issa jammonta għal 70% tal-produzzjoni tal-ilma tax-xorb, bit-30% li jifdal ġej mill-ilma tal-pjan. Iż-żieda fil-produzzjoni tar-reverse osmosis kif ukoll investimenti oħra wasslu għal tnaqqis ta’ 30% fil-chlorides u tnaqqis ta’ 30% fil-kloru fl-ilma tal-vit tal-pajjiż.

L-ilma ta’ Malta dejjem kien tajjeb għax-xorb, iżda bil-progress li kompla jinkiseb riċentament, l-ilma tal-vit issa huwa ta’ kwalità konsistenti madwar pajjiżna kollu, u b’togħma aħjar.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INDAFA PUBBLIKA PVs ġodda fl-impjant tar-Reverse Osmosis taċ-Ċirkewwa u Pembroke se jiġġeneraw enerġija rinnovabbli ekwivalenti għall-użu ta’ 415-il familja
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INDAFA PUBBLIKA PVs ġodda fl-impjant tar-Reverse Osmosis taċ-Ċirkewwa u Pembroke se jiġġeneraw enerġija rinnovabbli ekwivalenti għall-użu ta’ 415-il familja
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INDAFA PUBBLIKA PVs ġodda fl-impjant tar-Reverse Osmosis taċ-Ċirkewwa u Pembroke se jiġġeneraw enerġija rinnovabbli ekwivalenti għall-użu ta’ 415-il familja
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INDAFA PUBBLIKA PVs ġodda fl-impjant tar-Reverse Osmosis taċ-Ċirkewwa u Pembroke se jiġġeneraw enerġija rinnovabbli ekwivalenti għall-użu ta’ 415-il familja
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow