Left arrow Go Back

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI Se tittella’ l-mixegħla annwali ta’ Ħamis ix-Xirka fil-Fgura

pr250633
Date Icon 16/04/2025

Il-Kunsill Lokali tal-Fgura se jtella' l-ħames edizzjoni tal-mixegħla f'Ħamis ix-Xirka, li din is-sena se taħbat nhar is-17 ta' April. Dan tħabbar mis-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali, Alison Zerafa Civelli, flimkien mas-Sindku tal-Fgura, Clayton Portelli Cascun, u d-Direttur tal-Kunsilli Lokali, Marisa Pisani.

Ġie spjegat li lejlet il-Ġimgħa l-Kbira, fuq iz-zuntier tal-Knisja tal-Fgura se jittellgħu għadd ta' disinji b'simboli reliġjużi bix-xemgħa, dan sabiex idaħħal lil dawk kollha li se jżuru l-Fgura fl-ispirtu ta' dawn iż-żminijiet.

Is-Segretarju Parlamentari Alison Zerafa Civelli spjegat kif minkejja li fil-Fgura ma ssirx purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira, xorta waħda dawn il-jiem huma ferm għal qalb ir-residenti tal-Fgura. Qalet kif uħud minn dawk li joqogħdu f'din il-lokalità ġejjin mill-bliet tal-Kottonera fejn l-attivitajiet marbuta mal-Ġimgħa Mqaddsa huma ferm popolari, u għalhekk komplew isaħħu l-attivitajiet fil-Fgura.

“Il-Kunsill Lokali tal-Fgura huwa kunsill magħruf għall-attivitajiet li jtella' fi żminijiet differenti u mhux anqas fiż-żminijiet tal-Ġimgħa Mqaddsa. Permezz ta' din l-attività, il-kunsill lokali qed jieħu ħsieb li r-residenti jkollhom attivitajiet li jattendu għalihom fil-Fgura stess, u fl-istess waqt jatratta nies minn barra l-lokal," qalet is-Segretarju Parlamentari Alison Zerafa Civelli.

Min-naħa tiegħu, is-Sindku tal-Fgura, Clayton Portelli Cascun, qal kif din il-mixegħla qed tittella' id f'id ma' diversi għaqdiet oħra, fosthom il-Knisja Parrokkjali tal-Fgura. Qal li l-kunsill sa minn dejjem appoġġa l-attivitajiet li jsiru f'din il-lokalità sabiex jagħti iżjed sens ta' komunità lil dawk kollha li joqogħdu l-Fgura.

Nhar Ħamis ix-Xirka, l-attività fuq iz-zuntier tal-Knisja tal-Fgura se tibda mis-7:00pm 'il quddiem u tibqa' għaddejja sat-tokki ta' nofsillejl.

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI Se tittella’ l-mixegħla annwali ta’ Ħamis ix-Xirka fil-Fgura
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI Se tittella’ l-mixegħla annwali ta’ Ħamis ix-Xirka fil-Fgura
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow