Left arrow Go Back

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAS-SAJD, L-AKWAKULTURA U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI: Attività edukattiva għat-tfal biex iżżid l-għarfien dwar il-ħarsien tal-annimali

pr250626
Date Icon 15/04/2025

F'Ħal Għaxaq, is-Segretarju Parlamentari għas-Sajd, l-Akwakultura u d-Drittijiet tal-Annimali, Alicia Bugeja Said, attendiet attività edukattiva li laqqgħet lit-tfal ma' diversi annimali bl-għan li jitkompla jiżdied l-għarfien dwar il-ħarsien tal-annimali u l-irwol importanti tal-annimali fis-soċjetà.

“L-imħabba lejn l-annimali tibda mit-tfulija. B'attivitajiet bħal dawn qed inkomplu nrawmu ġenerazzjonijiet b'valuri ta' empatija, rispett u imħabba lejn l-annimali," qalet is-segretarju parlamentari. Matul l-attività, tqassmu kotba marbuta mat-tema tal-annimali lit-tfal preżenti, biex tissaħħaħ il-konnessjoni tagħhom mal-annimali b'mod edukattiv u divertenti. Dawn il-kotba ġew ipprovduti mill-Uffiċċju tal-Kummissarju għall-Ħarsien tal-Annimali.

Waqt l-attività, it-tfal kellhom l-opportunità jaraw diversi annimali, fosthom klieb u żwiemel tal-Korp tal-Pulizija. Din serviet ta' opportunità wkoll għat-tfal biex jitgħallmu aktar dwar l-irwol tal-annimali fis-servizzi pubbliċi.

Min-naħa tiegħu, is-Sindku ta' Ħal Għaxaq, Karl Boxall, spjega kif b'inizjattivi edukattivi bħal dawn jwasslu għal ġenerazzjonijiet b'aktar għarfien dwar il-ħarsien tal-annimali.

Din l-attività hija prova ta' kif l-edukazzjoni, il-komunità u l-imħabba lejn l-annimali jistgħu jħallu impatt pożittiv.

Ritratti: DOI/MAFA_PS

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAS-SAJD, L-AKWAKULTURA U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI: Attività edukattiva għat-tfal biex iżżid l-għarfien dwar il-ħarsien tal-annimali
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAS-SAJD, L-AKWAKULTURA U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI: Attività edukattiva għat-tfal biex iżżid l-għarfien dwar il-ħarsien tal-annimali
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAS-SAJD, L-AKWAKULTURA U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI: Attività edukattiva għat-tfal biex iżżid l-għarfien dwar il-ħarsien tal-annimali
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow