Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INDAFA PUBBLIKA Tirritorna l-Islands Cleanup 2025, jinġabar 143kg ta’ skart

pr250615
Date Icon 14/04/2025

Din is-sena reġgħet ġiet imnedija l-kampanja Islands Cleanup mill-Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Indafa Pubblika flimkien ma' Saving our Blue, Project Green, u d-Diviżjoni għat-Tindif u l-Manutenzjoni.

Din it-tnedija saret bil-parteċipazzjoni ta' studenti minn St Michael's Foundation grazzi għall-inizjattiva ta' Thomas Gatt, wieħed mill-istudenti li ftit tax-xhur ilu ltaqa' mal-Ministru tal-Ambjent bil-ħsieb li jwaqqaf organizzazzjoni favur l-ambjent mit-tfal għat-tfal.

L-inizjattiva Islands Cleanup fetħet qabel is-soltu permezz ta' cleanup fil-bajja tal-Mistra fejn inġabar madwar 143kg skart mit-tfal u ħaddiema ta' kumpanija privata li nġabru flimkien għal dan il-għan.

Flimkien magħhom ingħaqdu l-Ministru għall-Ambjent Miriam Dalli u s-Segretarju Parlamentati għall-Indafa Pubblika Glenn Bedingfield.

“Din hija r-raba sena ta' din il-kampanja, fejn sena wara oħra aktar nies, kumpaniji privati u anke studenti qed juru x-xewqa li jkunu parteċipi fl-Islands Cleanup. Qed nieħu gost nara aktar l-involviment tat-tfal u studenti. Inħeġġeġ lill-pubbliku biex jagħti sehmu f'din il-kampanja, iżda aktar minn hekk nappella biex nieħdu ħsieb l-ambjent ta' madwarna u naraw li l-iskart jiġi mormi kif suppost u nkomplu nqajmu kuxjenza kontra r-rimi illegali tal-iskart," qalet il-Ministru Dalli.

Min-naħa tiegħu, is-Segretarju Parlamentari Glenn Bedingfield fisser l-importanza ta' pajjiż nadif għal kulħadd. “Pajjiżna nieħdu ħsiebu. Qed nikkonsolidaw l-isforzi tagħna favur indafa pubblika aħjar. Mill-kampanja Xummiemu u l-isforzi edukattivi għall-impenn ta' kuljum tal-ħaddiema tagħna, l-Islands Clean up tibqa' appuntament annwali u kampanja tajba biex inkomplu nippromwovu l-bżonn u l-importanza ta' ndafa pubblika b'saħħitha u ambjent iktar sostenibbli kif elenkat fil-Viżjoni Malta 2050," temm jgħid is-Segretarju Parlamentari Bedingfield.

Din il-kampanja hija miftuħa għal kumpaniji privati, skejjel, entitajiet nongovernattivi u għaqdiet oħra, fejn jistgħu jikkontribwixxu għal ambjent aħjar filwaqt li jkunu qed iwettqu parti mill-corporate social responsibility (CSR) tagħhom.

Kull min jirreġistra, se jingħata l-għodda kollha neċessarja biex iwettaq l-interventi meħtieġa u b'hekk ikun proċess effiċjenti u sigur, filwaqt li jkun parti minn kampanja nazzjonali akbar.

Parteċipi fil-cleanup tal-Mistra kien hemm ukoll impjegati tal-Ministeru u tal-kumpanija Gambling.com Group. Wara kull cleanup, l-iskart li jkun inġabar jintiżen u jiġi separat skont ir-regolamenti tas-separazzjoni tal-iskart u materjal riċiklabbli jintbagħat biex jiġi pproċessat. Il-parteċipanti jingħataw ċertifikat ta' parteċipazzjoni.

Għal aktar informazzjoni dwar kif tista' tirreġistra għall-attività ta' tindif tal-Islands Cleanup dan is-sajf, żur: http://project.green/clean-up-campaign/.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INDAFA PUBBLIKA Tirritorna l-Islands Cleanup 2025, jinġabar 143kg ta’ skart
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INDAFA PUBBLIKA Tirritorna l-Islands Cleanup 2025, jinġabar 143kg ta’ skart
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INDAFA PUBBLIKA Tirritorna l-Islands Cleanup 2025, jinġabar 143kg ta’ skart
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INDAFA PUBBLIKA Tirritorna l-Islands Cleanup 2025, jinġabar 143kg ta’ skart
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow