Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-IPPJANAR Jitħabbar il-ftuħ ta’ staġun limitat għall-kaċċa fir-rebbiegħa

PR250607
Date Icon 11/04/2025

Il-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar iħabbar li l-istaġun tal-kaċċa għas-summien jiftaħ nhar it-Tnejn 14 ta’ April u jibqa’ miftuħ sal-Ħadd 4 ta’ Mejju, 2025, minn sagħtejn qabel tlugħ ix-xemx sa nofsinhar matul il-ġranet kollha tal-istaġun tas-summiena. Il-Ministeru jħabbar ukoll li l-istaġun tal-kaċċa għall-gamiem jiftaħ nhar it-Tnejn 21 ta’ April u jibqa’ miftuħ sal-Ħadd 4 ta’ Mejju 2025, minn sagħtejn qabel tlugħ ix-xemx sa nofsinhar matul il-ġranet kollha tal-istaġun tal-gamiema.

Dan wara li, b’referenza għal-Liċenzja Speċjali tal-Kaċċa fir-Rebbiegħa 2025, l-Avviżi Legali AL73/2025 u AL74/2025 li jiddikjaraw l-istaġun tal-kaċċa għas-summien u l-gamiem ġew ippubblikati llum.

Kull summiena u gamiema li jiġu kkaċċjata waqt l-istaġun miftuħ għall-ispeċi kkonċernati għandhom jiġu rrappurtati immedjatament u kull min joħroġ għall-kaċċa u ma jaqbad xejn għandu jirrapporta l-hunting effort, kif spjegat fil-Liċenzja Speċjali.

Il-kwoti nazzjonali huma ta’ 2,400 summiena u 1,500 gamiema. M’hemmx kwoti individwali.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow