Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA Servizzi għas-Saħħa Mentali għall-Għawdxin fil-komunità

pr250603
Date Icon 11/04/2025

Il-Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva Jo Etienne Abela, ħabbar l-introduzzjoni ta' numru ta' servizzi għall-Għawdxin fil-komunità marbuta mas-saħħa mentali.

Fid-diskors tiegħu, il-Ministru Jo Etienne Abela qal kif parti essenzjali mill-Viżjoni Malta 2050, kif ukoll bħala parti mill-istrateġija tas-saħħa mentali mnedija mill-Ministeru, hu li trattamenti marbuta s-saħħa mentali jingħataw kemm jista' jkun fil-komunità. “Biex dan ikun possibbli, twaqqfu timijiet komunitarji f'diversi lokalitajiet f'Malta u issa għadna wkoll tim  tal-komunità bbażat f'Għawdex," spjega il-Ministru Abela.

Il-Ministru saħaq kif il-Gvern qed ikompli jinvesti fir-riżors uman. B'hekk, dan it-tim ta' outreach tal-komunità twaqqaf permezz t'erba' infermiera ġodda fid-Dipartiment tal-Outpatients Psikjatriċi t'Għawdex. Qal kif dan id-Dipartiment jaħseb għal 1,400 pazjent li kollha jgħixu Għawdex fejn minn dawn l-1,400 pazjent, hemm 23 pazjent li għandhom ordni ta' kura fil-komunità, li jfisser li jistgħu jieħdu trattament fil-komunità minflok ma jiddaħħlu l-isptar.

“Illum ġurnata importanti għaliex il-gżira Għawdxija issa għandha tim komunitarju għal ħarsien tas-saħħa mentali. Dan hu servizz kruċjali u l-Gvern għaraf li kien hawn bżonn tiegħu f'Għawdex u filwaqt li nirringrazzjaw lit-tim ta' professjonisti għad-dedikazzjoni, ċerti li ser ikunu qed jagħmlu ħafna ġid favur il-pazjenti Għawdxin," temm jgħid il-Ministru Jo Etienne Abela.

Min-naħa tiegħu, Dr Anton Grech, Clinical Chairman fi ħdan id-Dipartiment tal-Psikjatrija, qal “Ir-riċerka turi b'mod li aktar ma jkollna servizzi marbuta mas-saħħa mentali fil-komunità, aktar iħallu effetti pożittivi. Illum għamilna pass importanti li dawn is-servizzi issa qed jiġu offruti f'Għawdex stess."

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA Servizzi għas-Saħħa Mentali għall-Għawdxin fil-komunità
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA Servizzi għas-Saħħa Mentali għall-Għawdxin fil-komunità
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow