Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI Malta ssaħħaħ ir-rabta tagħha ma’ COPEAM biex tippromwovi d-djalogu kulturali fil-Mediterran

pr250602
Date Icon 11/04/2025

Malta, permezz ta' Med Media Services Ltd (Med.tv), għandha membru ieħor fi ħdan il-COPEAM, netwerk internazzjonali fi ħdan il-UNESCO li jippromwovi l-koperazzjoni kulturali u d-djalogu bejn pajjiżi Mediterranji permezz tal-midja.

Waqt li kien qed jindirizza l-ftuħ tat-32 konferenza tal-COPEAM li qed issir f'Malta, bit-tema 'Bridging divides: the role of cultural cooperation amid global strains', il-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali Owen Bonnici qal li fi żminijiet ta' tensjonijiet ġeopolitiċi, hemm bżonn li nibnu pontijiet, u l-kultura hija mezz b'saħħtu biex nagħmlu dan.

Il-ministru tkellem ukoll dwar l-esperjenza tiegħu f'laqgħa informali tal-Ministri tal-Kultura tal-UE fil-Polonja, fejn iddiskuta kif il-kultura tista' tkun mezz ta' solidarjetà mal-Ukrajna.

Il-Ministru Owen Bonnici faħħar l-inizjattiva ta' Dr Anton Tabone li wasslet biex Malta ssaħħaħ il-pożizzjoni tagħha f'dan in-netwerk importanti, u sostna li l-involviment ta' Malta f'COPEAM se jsaħħaħ il-ħidma favur il-paċi u d-djalogu fir-reġjun. Din il-ħidma tingħaqad ma' dik tal-Public Broadcasting Services, li tmexxi l-istazzjon nazzjonali, u li diġà hija membru ta' COPEAM.

Il-ministru semma wkoll il-ħidma tal-Kunsill Malti għall-Arti, li din is-sena qed tiċċelebra l-10 anniversarju tagħha, bħala forza ewlenija fil-promozzjoni tal-kreattività u l-arti kemm lokalment kif ukoll internazzjonalment.

“Malta hija sieħba attiva f'dan in-netwerk, u Med.tv għandu rwol kruċjali x'jaqdi fit-tisħiħ tad-djalogu u l-kooperazzjoni kulturali fil-Mediterran. Nemmen li COPEAM huwa mezz importanti biex inkomplu nibnu pontijiet għall-paċi u l-prosperità fir-reġjun tagħna," temm jgħid il-ministru.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI Malta ssaħħaħ ir-rabta tagħha ma’ COPEAM biex tippromwovi d-djalogu kulturali fil-Mediterran
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI Malta ssaħħaħ ir-rabta tagħha ma’ COPEAM biex tippromwovi d-djalogu kulturali fil-Mediterran
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI Malta ssaħħaħ ir-rabta tagħha ma’ COPEAM biex tippromwovi d-djalogu kulturali fil-Mediterran
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow