Left arrow Go Back

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAS-SAJD, L-AKWAKULTURA U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI

pr250594
Date Icon 10/04/2025

Is-Segretarju Parlamentari Alicia Bugeja Said tenfasizza l-importanza tal-koperazzjoni reġjonali u s-sostenibbiltà fis-settur tas-sajd fil-laqgħa tal-proġett MEDIAS

Is-Segretarju Parlamentari għas-Sajd, l-Akwakultura u d-Drittijiet tal-Annimali, Alicia Bugeja Said, indirizzat il-laqgħa tal-proġett MEDIAS (Mediterranean International Acoustic Survey) li saret f'Malta. Hija enfasizzat l-impenn ta' Malta favur il-koperazzjoni reġjonali, l-immaniġġjar sostenibbli tas-sajd u r-rispett lejn id-direttivi tal-Unjoni Ewropea.

Il-proġett MEDIAS għandu l-għan li jiġbor informazzjoni fuq speċi ta' ħut pelagiċi żgħar bħall-inċova u s-sardin, li għandhom valur ekonomiku u ekoloġiku kbir. Din l-informazzjoni mbagħad tintuża biex jiġu stmati n-numru ta' popolazzjoni tagħhom fl-ibħra u biex jiġu fformulati strateġiji ta' mmaniġġjar sostenibbli tas-sajd.

“Bħala gżira f'nofs il-Mediterran, Malta tifhem b'mod ċar kemm hu kruċjali li nsibu bilanċ bejn il-ħarsien tal-ekosistemi u l-bżonnijiet tal-komunitajiet tas-sajd. Il-kontribut tagħna fil-proġett MEDIAS juri l-impenn tagħna lejn immaniġġjar sostenibbli tas-sajd ibbażat fuq ix-xjenza u fuq il-kollaborazzjoni bejn il-pajjiżi Mediterranji," sostniet is-Segretarju Parlamentari.

Filwaqt li rringrazzjat lill-parteċipanti u l-organizzaturi tal-proġett, hija faħħret ix-xogħol importanti li qed isir minn pajjiżi parteċipanti bħal Spanja, Franza, l-Italja, is-Slovenja, il-Kroazja, u l-Greċja. Hi tkellmet fuq l-importanza ta' metodoloġiji uniċi li jwasslu għal informazzjoni aktar affidabbli u deċiżjonijiet li jittieħdu fuq livell reġjonali.

L-Aġenzija Aquatic Resources Malta ospitat din il-laqgħa ta' tlett ijiem f'pajjiżna għar-riċerkaturi u x-xjentisti mill-pajjiżi Ewropej involuti fil-proġett tar-riċerka MEDIAS. Il-parteċipanti kellhom kliem ta' tifħir għall-organizzazzjoni u l-ospitalità. Waqt il-laqgħa tħabbar li Malta se tkun qed tassumi r-rwol ta' Chair tal-Grupp għas-sentejn li ġejjin. L-Aġenzija Maltija laqgħet din l-aħbar b'sodisfazzjon u ser tkun tassumi dan l-irwol b'responsabbiltà.

Is-Segretarju Parlamentari temmet billi affermat li Malta tibqa' kommessa li taħdem b'mod attiv favur l-użu sostenibbli tar-riżorsi marittimi, u li se tkompli tinvesti fir-riċerka, it-teknoloġija u t-taħriġ.

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAS-SAJD, L-AKWAKULTURA U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAS-SAJD, L-AKWAKULTURA U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow