Left arrow Go Back

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAD-DJALOGU SOĊJALI Il-Gvern iħabbar li se jkun qiegħed jiffinanzja l-Miscarriage Leave

PR250586
Date Icon 09/04/2025


•Jibda proċess ta’ konsultazzjoni dwar il-Miscarriage Leave

L-Erbgħa filgħodu, il-Gvern skatta proċess ta’ konsultazzjoni mmexxi mis-Segretarju Parlamentari għad-Djalogu Soċjali Andy Ellul, li fih laqqa’ persuni ġejjin minn faxex differenti tas-soċjetà, biex flimkien jiddiskutu l-introduzzjoni tal-Miscarriage Leave. 

Mill-komunità medika, psikologi, psikjatri, trade unions u għaqdiet ta’ min iħaddem, sa anke nies li ġarrbu korriment u tkellmu dwaru b’mod miftuħ — kollha kienu mistiedna jagħtu l-opinjonijiet u jaqsmu l-esperjenzi tagħhom bil-għan li l-Gvern ikun jista’ jfassal b’mod responsabbli l-Miscarriage Leave. 

Minn dawn l-interventi ħareġ ukoll fatt importanti: għalkemm l-istatistiki uffiċjali juru li f’Malta jkun hawn madwar 300 korriment fis-sena, fil-verità l-għadd jista’ jilħaq sa 1,000 korriment fis-sena minħabba ċirkostanzi varji li jwasslu biex mhux kull każ jiġi rreġistrat.

Kien għalhekk li f’Jum il-Mara l-Prim Ministru ħabbar li kienu bdew diskussjonijiet dwar il-Miscarriage Leave, bil-għan li jissaħħu d-drittijiet tal-ħaddiema, liema diskussjoni bdiet tiġi kkordinata mis-Segretarjat Parlamentari għad-Djalogu Soċjali.

Is-Segretarju Parlamentari Andy Ellul ħabbar li fil-każ ta’ din il-miżura, il-Gvern se jkun qiegħed jassumi l-ispejjeż kollha finanzjarji marbuta mal-implimentazzjoni tagħha. 

“Malta għandha tkompli tkun minn ta’ quddiem nett fil-ħarsien tad-dinjità tal-ħaddiem. Din hija inizjattiva li qed nieħdu flimkien bħala nazzjon għall-ġid tal-koppji kollha Maltin u Għawdxin. Jeħtieġ li l-istat juri li qiegħed wara dawn il-koppji matul dawn il-mumenti diffiċli,” qal is-Segretarju Parlamentari. 

Huwa semma li trid issir diskussjoni dwar diversi fatturi fosthom jekk dan il-leave għandux japplika għall-missier prospettiv jew it-tieni ġenitur f’każijiet ta’ koppji tal-istess sess. Fattur ieħor huwa dwar jekk mara għandhiex dritt iżżomm it-tqala għaliha u tiddeċiedi hi meta tgħid lil min iħaddimha li hija tqila. L-istess japplika għad-drittijiet ta’ min iħaddem u kif dan se jassigura ambjent sa meta ma jkunx jaf li impjegata qed tistenna tarbija.

“L-għan aħħari tagħna huwa li ħadd ma jibqa’ jħossu waħdu f’dan il-mument diffiċli. Kommessi li noħolqu politika li tgħin, tappoġġja u tagħti l-ħin xieraq għal dan it-telf lill-persuni affettwati. Għaliex il-ħaddiema u l-familji tagħhom jibqgħu fiċ-ċentru tal-politika soċjali tagħna,” temm jgħid is-Segretarju Parlamentari Ellul.

Din id-diskussjoni kienet biss waħda minn sensiela ta’ diskussjonijiet li se jkun qegħdin isiru dwar l-introduzzjoni tal-Miscarriage Leave. 

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAD-DJALOGU SOĊJALI Il-Gvern iħabbar li se jkun qiegħed jiffinanzja l-Miscarriage Leave
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow