Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL ‘The Meeting Place’ ifakkar il-ħames anniversarju mit-twaqqif tiegħu

PR250570
Date Icon 07/04/2025

Waqt attività li fakkret il-ħames sena mit-twaqqif ta’ ‘The Meeting Place’ fil-Marsa, ġiet elenkata l-ħidma mwettqa, s-servizzi li ngħataw u l-investiment li sar fl-infrastruttura, fil-professjonisti u anke fit-taħriġ kontinwu  li jingħata. Ġiet elenkata ukoll il-viżjoni ta’ ‘The Meeting Place’ għas-snin illi ġejjin.

‘The Meeting Place’ jipprovdi lill-Għaqdiet mhux Governattivi (NGOs) li jaħdmu fis-settur tal-edukazzjoni, tas-saħħa u tas-soċjal, b’bini modern miftuħ 24 siegħa kuljum biex jorganizzaw laqgħat, laqgħat ġenerali annwali, konferenzi, taħriġ u seminars. Apparti dan, tgħin ukoll nies vulnerabbli u anke persuni b’ħiliet differenti sabiex jintegraw u jagħmlu użu mill-faċilitajiet tagħhom.

Waqt din l-attività, il-Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal Michael Falzon stqarr li dan il-mudell soċjali għandu jkompli jservi ta’ pjattaforma li tgħaqqad diversi individwi u għaqdiet li għandhom għal qalbhom il-ġid fis-soċjetà. Għaldaqstant huwa saħaq li dan il-gvern ser ikompli jinvesti f’inizjattivi bħal dawn li tant jgħinu familji vulnerabbli. 

Saviour Grima, il-Manager ta’ ‘The Meeting Place’, sostna li aktar minn 65,000 persuna użaw din il-faċilità tul dawn l-aħħar ħames snin. Semma wkoll kif aktar minn 80 NGO differenti jagħmlu użu minn din il-binja, u ħafna drabi jkun hemm laqgħat bilaterali li jinvolvu iktar minn settur wieħed.

Intant, iċ-Chairperson tal-Fondazzjoni Marigold Michelle Muscat liema fondazzjoni kienet ukoll wara t-twaqqif ta’ ‘The Meeting Place’, qalet li din kienet ħolma li saret realtà u sostniet li dan huwa post professjonali li minnu qed jingħata sapport u li jilqa’ diversi NGO’s taħt saqaf wieħed.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL ‘The Meeting Place’ ifakkar il-ħames anniversarju mit-twaqqif tiegħu
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL ‘The Meeting Place’ ifakkar il-ħames anniversarju mit-twaqqif tiegħu
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL ‘The Meeting Place’ ifakkar il-ħames anniversarju mit-twaqqif tiegħu
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow