Left arrow Go Back

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-ANZJANITÀ ATTIVA Rinnovat iċ-Ċentru tal-Anzjanità Attiva f’Ħal Qormi

PR250538
Date Icon 02/04/2025

Iċ-Ċentru għall-Anzjanità Attiva ta' Ħal Qormi ġie inawgurat wara li għadda minn proċess estensiv ta' tisbiħ u rinnovazzjoni. Dan ix-xogħol kien jinkludi l-installazzjoni ta' kamra tal-banju ġdida, titjib fis-sistemi tad-dawl u l-ilma, installazzjoni ta' arja kkundizzjonata ġdida, għamara moderna u xogħlijiet oħra. Il-parti l-kbira mix-xogħol fuq dan il-proġett sar mill-ħaddiema tas-sezzjoni tal-Home Handyman fi ħdan l-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità (AACC).

Dan iċ-ċentru jilqa' fih iktar minn 90 membru attiv, u joffri programm varjat ta' attivitajiet bħal eżerċizzju fiżiku, line dancing, crafts u ħarġiet kulturali. Iċ-ċentru jiftaħ mit-Tnejn sal-Ġimgħa bejn is-7:00am u t-3:15pm.

Fid-diskors tiegħu waqt l-inawgurazzjoni, is-Segretarju Parlamentari għall-Anzjanità Attiva Malcolm Paul Agius Galea qal, “Waqt li qed inkomplu nżidu l-ammont ta' ċentri tal-anzjanità attiva madwar Malta u Għawdex, l-impenn tagħna jibqa' wkoll li nżommu kull ċentru eżistenti biex ikunu ta' livell għoli, b'ambjent modern u joffru servizz ta' kwalità għolja. Dawn iċ-ċentri mhumiex biss spazji għall-attivitajiet – huma spazji fejn tinbena l-ħbiberija, tiġi miġġielda s-solitudni, u tissaħħaħ id-dinjità tal-anzjani fil-komunità."

Huwa tenna l-impenn li jibqgħu jsiru xogħlijiet simili f'ċentri oħra madwar Malta u Għawdex, skont il-ħtiġijiet ta' kull lokalità.

Min-naħa tiegħu, il-Kap Eżekuttiv tal-Aġenzija tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità, Dr Renzo DeGabriele rringrazzja lill-ħaddiema tal-AACC li wettqu l-maġġoranza tax-xogħlijiet ta' rinnovar f'dan iċ-ċentru.

L-AACC għandha bħalissa 35 ċentru attiv, b'parteċipazzjoni ta' madwar 2,500 anzjan fil-ġimgħa. B'din l-inawgurazzjoni f'Ħal Qormi, l-AACC tkompli tikkommetti ruħha li toffri ambjent sigur, komdu u inklużiv għall-anzjani f'kull rokna ta' Malta u Għawdex.

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-ANZJANITÀ ATTIVA Rinnovat iċ-Ċentru tal-Anzjanità Attiva f’Ħal Qormi
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-ANZJANITÀ ATTIVA Rinnovat iċ-Ċentru tal-Anzjanità Attiva f’Ħal Qormi
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-ANZJANITÀ ATTIVA Rinnovat iċ-Ċentru tal-Anzjanità Attiva f’Ħal Qormi
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow