Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL U MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA Imtellgħa l-konferenza ‘Perinatal well-being for mothers and fathers’

pr250519
Date Icon 28/03/2025

Ġiet imtellgħa l-konferenza bit-tema 'Perinatal well-being for mothers and fathers' bħala parti mill-Istrateġija rigward il-Positive Parenting, fejn ġie spjegat il-proġett pilota li sar b'kollaborazzjoni bejn il-Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal u l-Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva.

Matul il-konferenza ġew spjegati r-riżultati li ħarġu minn studji li saru, fejn irriżulta kif 1 minn kull 5 ommijiet jiffaċċjaw sfidi ta' saħħa mentali matul il-perjodu perinatali, filwaqt li bejn 5 sa 15 fil-mija tal-missirijiet jesperjenzaw ansjetà jew dipressjoni.

Ġie spjegat kif mill-proġetti pilota li saru ma' ommijiet qabel it-twelid u ommijiet wara t-twelid, ħareġ li għajnuna ta' psikoterapija minn terapisti tal-familja u interventi minn qwiebel speċjalizzati, għamlu differenza sinifikanti għall-ommijiet fil-kura tas-saħħa mentali tagħhom. Filwaqt li fir-rigward ta' missirijiet li kellhom bżonn għajnuna terapewtika, ħareġ li t-terapija tal-familja pprovdiet riżultat terapewtiku tajjeb. Il-missirijiet ġew intervistati dwar l-esperjenza tagħhom fejn irriżulta li dan kellu benefiċċju fuqhom infushom, ir-relazzjoni tagħhom mas-sieħba tagħhom, u mal-familja kollha minkejja r-reżistenza inizjali tagħhom għat-terapija.

F'messaġġ li għamel il-Ministru Michael Falzon, qal, “Kien snin ilu illi dan il-Gvern emmen f'dan il-vjaġġ, u għalhekk tajna r-riżorsi akkademiċi u finanzjarji kollha. Mhux talli żammejna l-pass għal tant snin, iżda komplejna ninvestu u noffru aktar servizzi lill-ġenituri ġodda. Servizzi li huma faċli biex taċċessa, tibbenefika u tipparteċipa, anke mill-kumdità ta' darek, wara t-twelid tat-tarbija."

Min-naħa tiegħu, il-Ministru Jo Etienne Abela saħaq li ċ-ċavetta għal kwalità ta' ħajja aħjar hija l-prevenzjoni. Permezz ta' interventi f'waqthom, l-isfidi tas-saħħa mentali jistgħu jiġu trattati b'benefiċċji kbar għall-ġenituri u l-familja, b'mod effiċjenti u sostenibbli. Huwa rringrazzja lill-professjonisti tal-ħidma tagħhom.

“Il-pass li jmiss hu li nkomplu naħdmu biex flimkien mal-professjonisti, niddiskutu r-rakkomandazzjonijiet li ħarġu minn studji varji u nimxu lejn l-implimentazzjoni biex inħarsu s-saħħa mentali tal-familji li jkunu qed jesperjenzaw dan il-mument fil-ħajja tagħhom. Dawn il-kollaborazzjonijiet minn entitajiet varji huma kruċjali hekk kif minnhom inkomplu ntejbu s-servizz u l-ħarsien tas-saħħa tal-familji Maltin u Għawdxin," temm jgħid il-Ministru Abela.

Fid-diskors tagħha, Ruth Sciberras qalet li Positive Parenting Malta kburija li kienet parti minn dan il-Proġett Pilota Perinatali, li wera b'mod ċar kemm l-appoġġ kmieni u bbażat fuq evidenza jista' jagħmel differenza konkreta fil-ħajja tal-familji. “Il-bidla vera sseħħ meta s-setturi differenti jaħdmu flimkien. Ir-riċerka tikkonferma dan meta s-servizzi tas-saħħa, soċjali u komunitarji jikkollaboraw, il-familji jesperjenzaw riżultati aħjar."

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL U MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA Imtellgħa l-konferenza ‘Perinatal well-being for mothers and fathers’
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL U MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA Imtellgħa l-konferenza ‘Perinatal well-being for mothers and fathers’
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL U MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA Imtellgħa l-konferenza ‘Perinatal well-being for mothers and fathers’
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow