Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TRASPORT, L-INFRASTRUTTURA U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Jitlesta 20% tal-Proġett tal-Imsida Creek

pr250516
Date Icon 27/03/2025

Wara li ftit aktar minn erba’ xhur ilu beda x-xogħol fuq l-Imsida Creek, il-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi Chris Bonett ħabbar li tlesta 20% ta’ dan il-proġett maġġuri. Ix-xogħol, li huwa maqsum f’diversi siti, beda f’Novembru 2024 u  għaddej b’ritmu mgħaġġel, tant li numru ta’ fażijiet diġà jinsabu f’livell avvanzat.

Il-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi Chris Bonett innota l-progress li sar fl-aħħar xhur u stqarr li l-proċess ta konsultazzjoni u ppjanar estensiv li sar qabel beda l-proġett qiegħed iħalli l-frott tiegħu. Huwa elenka numru ta’ arranġamenti speċjali u rotot ġodda li nħolqu  biex filwaqt li jsir ix-xogħol infrastrutturali meħtieġ biex l-Imsida tibda tgawdi minn dan il-proġett,  jitnaqqas l-inkonvenjent li wieħed jistenna meta jkun għaddej proġett ta’ din il-portata.

Huwa rringrazzja lill-ħaddiema ta’ Infrastructure Malta u ta’ Transport Malta għal koordinament li qed isir  biex jassiguraw li ż-żona tibqa’ aċċessibbli b’mod sigur kemm għal min jgħaddi bil-karozza kif ukoll għal dawk li jużaw trasport alternattiv. Il-ministru esprima s-sodisfazzjon tiegħu għall-progress li sar s’ issa f’dan il-proġett u stqarr li “żjarat bħal tal-lum juru r-rieda tagħna li l-proġett jiġi implimentat b’mod effiċjenti għal ġid komuni.”

Min-naħa tiegħu, il-Kap Eżekuttiv ta’ Infrastructure Malta Steve Ellul spjega kif fil-jiem li ġejjin mistenni jibda x-xogħol fuq l-aħħar żewġ pilastri li ser iservu bħala bażi għall-flyover li tgħaqqad l-Imsida ma’ Tal-Qroqq. Dan filwaqt li f’parti oħra, għaddej x-xogħol fuq pont ġdid li jwassal mix-xatt tal-Imsida għan-naħa tal-Pietà. “Il-proġett tal-Imsida Creek jirrappreżenta pass importanti fit-titjib tan-netwerk tat-toroq u l-infrastruttura kostali ta’ Malta,” temm jgħid Steve Ellul.

Infrastructure Malta qed iżżomm kuntatt kontinwu mal-kunsill lokali filwaqt li qegħdin jinħarġu aġġornamenti spissi fuq il-mezzi tax-xandir u soċjali li jżommu lill-pubbliku nfurmat dwar l-aħħar żviluppi marbuta ma’ dan il-proġett.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TRASPORT, L-INFRASTRUTTURA U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Jitlesta 20% tal-Proġett tal-Imsida Creek
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TRASPORT, L-INFRASTRUTTURA U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Jitlesta 20% tal-Proġett tal-Imsida Creek
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TRASPORT, L-INFRASTRUTTURA U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Jitlesta 20% tal-Proġett tal-Imsida Creek
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow