Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TRASPORT, L-INFRASTRUTTURA U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI

PR250500
Date Icon 26/03/2025

Il-Ministru Chris Bonett ċaħad b’mod kategoriku l-allegazzjonijiet bla bażi u skorretti fl-istqarrija tal-Partit Nazzjonalista fir-rigward tal-bini ta’ ċentru ċiviku ġdid ġewwa Santa Luċija. Ċentru Ċiviku li l-Kunsill Lokali ta’ Santa Luċija ilu għal aktar minn 30 sena jitlob l-għajnuna tal-Gvern biex ikun jista’ jibnih.

Kif tixhed il-komunikazzjoni diretta li saret bejn il-Ministeru u l-Kunsill ta’ Santa Luċija (annessa), kien il-kunsill lokali stess, bħal ħafna kunsilli lokali oħra, li resaq għand il-Ministru Bonett għall-għajnuna permezz tad-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi. Aktar minn hekk, kien il-kunsill innifsu li għażel is-sit fejn jinbena ċ-ċentru ċiviku. Fil-komunikazzjoni li saret bejn iż-żewġ partijiet, ġie ċċarat ukoll li s-sit jiġi stabbilit wara li tkun saret laqgħa ta’ konsultazzjoni mar-residenti u hemmhekk tittieħed deċiżjoni finali mill-kunsill. 

Il-fatti ma jista’ jmerihom ħadd. Din hija spin oħra tal-Partit Nazzjonalista. Attakki bla bażi, allegazzjonijiet infondati u li ma jitwemmnu minn ħadd.

Il-Gvern, u b’mod partikolari l-Ministeru tat-Trasport, Infrastruttura u Xogħlijiet Pubbliċi dejjem uża ‘open door policy’ mal-Kunsilli Lokali kollha, irrispettivament mill-kompożizzjoni politika. Sfortunatament bl-attakk tal-lum fuq il-ministru u fuq dan il-proġett għal darb’oħra l-Partit Nazzjonalista wera li bih fit-tmexxija tal-pajjiż ser jagħmel distinzjoni bejn il-Kunsilli kif għamel diġà meta kien fil-Gvern.

Dawn l-attakki mhumiex se jwaqqfu lill-kunsill li bl-għajnuna tal-gvern ċentrali se jassigura li r-residenti jkollhom ċentru ċiviku ġdid, aktar aċċessibbli u sigur għall-ġid tal-lokal.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TRASPORT, L-INFRASTRUTTURA U X-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow