Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU Bidliet b’konformità ma’ dak li qalet il-Qorti u favur aktar effiċjenza u kontra l-kunflitti ta’ interess

pr250484
Date Icon 24/03/2025

Il-Gvern daħħal emendi fil-kompożizzjoni tal-Public Contracts Review Board biex isaħħaħ l-effiċjenza u jaqta’ kull dubju fuq kunflitti ta’ interess. Għalhekk huwa għal kollox falz dak li qed tipprova tpinġi l-Oppożizzjoni, li l-proċess se jinħakem minn xi ħadd. Anzi bil-kontra, se tkompli tissaħħaħ it-trasparenza u l-governanza.

Taħt is-sistema preċedenti, il-membri sostituti fuq il-bord kienu utilizzati biss f’każijiet ta’ kunflitt ta’ interess, li kien qed ifisser li l-President, il-Viċi President, u l-membru wieħed permanenti kienu qed jittrattaw l-maġġoranza tal-każijiet. F’ċertu istanzi dan kien qed jirriżulta f’dewmien konsiderevoli fil-proċess. Permezz tal-emendi fil-kompożizzjoni tal-Bord, il-PCRB se jkollu iżjed flessibilità u se jkun attrezzat sabiex jiskeda u jisma’ aktar każijiet f’inqas żmien. Dan kollu jikkontribwixxi sabiex il-Bord ikun iżjed effiċjenti. Il-proċess tal-ħatra tal-membri fuq il-PCRB se jibqa’ kif kien qabel.

Barra minn hekk, għal kuntrarju ta’ dak li qed tgħid l-Oppożizzjoni, it-tibdil li sar speċjalment fil-ħatra ta’ membri ġodda fil-Bord, huma ntiżi sabiex jiżguraw li ma jkun hemm l-ebda kunflitt ta’ interess. Dan it-tibdil qed isir b’konformità assolut ma’ sentenza tal-Qorti.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow