Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Espansjoni tas-servizzi u titjib infrastrutturali f’Dar Ġużeppa Debono b’fondi għall-għaqdiet volontarji

pr250478
Date Icon 24/03/2025

B'titjib infrastrutturali ġdid, programm imfassal għall-involviment taż-żgħażagħ, flimkien ma' appoġġ miżjud għall-voluntiera, Dar Ġużeppa Debono f'Għajnsielem Għawdex qed tespandi s-servizzi tagħha sabiex tipprovdi aktar għajnuna lill-komunità. Dan il-proġett qed isir permezz ta' fondi allokati mill-Voluntary Organisations Project Scheme (VOPS) amministrati mill-Kunsill Malti għas-Settur tal-Volontarjat (MCVS).


Dan tħabbar mill-Ministru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat Julia Farrugia, fil-preżenza tal-Kap Eżekuttiv tal-MCVS Mauro Pace Parascandolo waqt żjara li huma għamlu f'Dan Ġużeppa Debono.

B'dan il-proġett, issa ser ikun jista' jippermetti li fil-faċilità jkun hemm kemm servizzi ta' respite u anki attivitajiet tal-komunità fl-istess ħin. Dan jiżgura aktar privatezza, dinjità u effiċjenza fis-servizzi. Il-proġett jinkludi wkoll kċina moderna, tagħmir ġdid għall-inizjattivi taż-żgħażagħ, u riżorsi addizzjonali biex jgħinu lill-voluntiera u lit-tim amministrattiv.

F'Dar Ġużeppa Debono ġie mniedi wkoll programm speċjali, li jappoġġja professjonisti żgħażagħ fil-qasam tas-saħħa u s-servizzi soċjali. Din l-inizjattiva offriet sessjonijiet ta' debriefing immexxija minn professjonisti, għodod biex jimmaniġġjaw l-istress, u taħriġ biex jiżviluppaw il-ħiliet meħtieġa għall-karriera tagħhom. Billi tinvesti fl-involviment taż-żgħażagħ u fit-taħriġ għall-kura ħolistika, Dar Ġużeppa Debono qed tiżgura futur sostenibbli għas-servizz komunitarju.

Il-Ministru Julia Farrugia fissret kif il-Gvern ser ikompli jsaħħaħ l-investiment tiegħu fis-settur tal-volontarjat bl-iskop li jattira demm ġdid lejn is-settur. “Dan il-Gvern qed ikompli juri bil-fatti l-impenn tiegħu lejn soċjetà aktar inklussiva u sostenibbli. L-investiment f'Dar Ġużeppa Debono mhux biss isaħħaħ is-servizzi għall-komunità, iżda wkoll juri r-rikonoxximent konkret lejn ix-xogħol imprezzabbli tal-voluntiera. B'dawn il-proġetti, qed nagħtu lill-għaqdiet volontarji l-għodod meħtieġa biex joffru servizzi moderni u ta' kwalità, u fl-istess waqt, ninkoraġġixxu aktar żgħażagħ biex jinvolvu ruħhom fis-settur soċjali. Dan huwa eżempju ċar ta' kif il-Gvern qed jinvesti f'soċjetà b'saħħitha u aktar ġusta għal kulħadd."

Id-Direttur u Fundatriċi ta' Dar Ġużeppa Debono, Maria Attard, qalet li “permezz ta' dan il-proġett providenzjali qed naraw isseħħ ħolma. Id-dar kollha hi mgħammra b'tali mod li tista' toffri servizz indirizzat skont is-sinjali taż-żminijiet, fejn jista' jseħħ dak li għalih id-dar ġiet imwaqqfa. Jiġifieri li toffri kenn u għajnuna professjonali lil żgħażagħ f'relazzjoni, tippromwovi l-valur tal-ħajja sa mit-tnissil, u toffri ambjent san lil dawk li jixtiequ jagħmlu użu mid-dar għall-formazzjoni kontinwa tagħhom. Id-dar issa se titmexxa wkoll b'bord ġdid, kollha voluntiera professjonisti."

Il-Kap Eżekuttiv tal-MCVS, Mauro Pace Parascandolo, fakkar li l-fondi kollha tal-Kunsill huma disponibbli wkoll għall-Għawdxin, u huwa ta' pjaċir li jaraw għaqda Għawdxija bħal Dar Ġużeppa Debono tkompli ssaħħaħ is-servizzi u għodod tagħha biex tkun aktar preżenti fil-komunità.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Espansjoni tas-servizzi u titjib infrastrutturali f’Dar Ġużeppa Debono b’fondi għall-għaqdiet volontarji
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Espansjoni tas-servizzi u titjib infrastrutturali f’Dar Ġużeppa Debono b’fondi għall-għaqdiet volontarji
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Espansjoni tas-servizzi u titjib infrastrutturali f’Dar Ġużeppa Debono b’fondi għall-għaqdiet volontarji
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow