Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI Jingħata bidu r-restawr tal-Kappella ta’ Santa Marija tal-Ħlas fiż-Żejtun

pr250477
Date Icon 24/03/2025

Ingħata bidu għall-proġett ta' restawr fuq il-kappella storika ta' Santa Marija tal-Ħlas, waħda mill-aktar binjiet reliġjużi storiċi fiż-Żejtun. Din il-kappella, li għandha għeruq medjevali, kienet il-knisja prinċipali tar-raħal ta' Ħal Bisbut, magħruf bħala Ir-Raħal ta' Fuq.

Dan il-proġett qed jitwettaq bħala parti minn skema ta' restawr miftuħa għall-kunsilli lokali, bil-għan li jiġu mħarsa u ppreservati siti ta' valur storiku. Ix-xogħlijiet qed jiġu implimentati mid-Direttorat tar-Restawr u Preservazzjoni u bdew wara li ġiet approvata l-applikazzjoni li ġiet sottomessa lill-Awtorità tal-Ippjanar.

Il-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali, Owen Bonnici, qal li dan ir-restawr se jassigura l-preservazzjoni ta' din il-kappella storika għal ġenerazzjonijiet futuri. Huwa saħaq li l-arkitettura u s-simboliżmu reliġjuż tagħha se jiġu mħarsa b'attenzjoni. “Din l-inizjattiva tikkonferma l-impenn tal-Gvern biex iħares il-wirt kulturali ta' Malta, u jiżgura li l-patrimonju storiku jibqa' aċċessibbli u apprezzat minn kulħadd," temm jgħid il-Ministru Bonnici.

Il-Perit inkarigat mix-xogħlijiet Gregorio Giubilaro qal kif l-interventi ewlenin se  jinkludu r-restawr tal-faċċati, it-tneħħija tal-kisi tas-siment li qiegħed jikkawża deterjorazzjoni fuq il-ġebla oriġinali, ir-restawr u l-konservazzjoni tal-aperturi tal-injam, fost xogħlijiet oħra.

Il-kappella preżenti hija mibnija fuq il-pedamenti tal-kappella oriġinali li kienet teżisti fis-sena 1575. L-ewwel ġebla tal-kappella preżenti tqiegħdet fil-25 ta' Novembru 1692 mill-Isqof Davide Cocco Palmieri. Il-kappella ġiet ukoll rinnovata fis-sena 1850 mir-Rev. Giovanni Tabone u fis-sena 1851 tqiegħdu taħt l-artal prinċipali r-relikwi sagri tal-martri San Amabile. Il-kappella tinsab fiż-Żona ta' Konservazzjoni Urbana (UCA) u hija skedata fl-Inventarju tal-Patrimonju Kulturali ta' Malta.

Preżenti għal din iż-żjara kien hemm l-Arċipriet taż-Żejtun Anton Galea-Scannura kif ukoll, is-Sindku taż-Żejtun Joan Abela u rappreżentanti mill-Kunsilli Lokali taż-Żejtun.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI Jingħata bidu r-restawr tal-Kappella ta’ Santa Marija tal-Ħlas fiż-Żejtun
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI Jingħata bidu r-restawr tal-Kappella ta’ Santa Marija tal-Ħlas fiż-Żejtun
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI Jingħata bidu r-restawr tal-Kappella ta’ Santa Marija tal-Ħlas fiż-Żejtun
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-GVERN LOKALI Jingħata bidu r-restawr tal-Kappella ta’ Santa Marija tal-Ħlas fiż-Żejtun
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow