Left arrow Go Back

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-ANZJANITÀ ATTIVA Żona ta’ rikreazzjoni ġdida f’San Vinċenz de Paul

PR250469
Date Icon 21/03/2025

Fi proġett li jkompli jtejjeb il-kwalità tal-ħajja tar-residenti, ġiet inawgurata uffiċjalment żona ta' rikreazzjoni ġdida ġewwa San Vinċenz de Paul, li tinkludi pitch tal-boċċi u mini golf. Dawn il-faċilitajiet rikreattivi huma mfassla biex joffru attivitajiet inklussivi li jħeġġu l-interazzjoni soċjali, l-eżerċizzju fiżiku u l-benesseri mentali tal-anzjani.

L-inawgurazzjoni kienet okkażjoni speċjali hekk kif numru ta' tfal mill-iskola St Catherine's ta' Pembroke ingħaqdu mar-residenti biex flimkien igawdu l-faċilitajiet il-ġodda. Kien mument sabiħ ta' interazzjoni bejn il-ġenerazzjonijiet, fejn it-tfal lagħbu mal-anzjani u qasmu magħhom esperjenzi f'atmosfera ferrieħa u ta' ħbiberija. Permezz ta' inizjattivi bħal dawn, mhux biss qed jinħolqu spazji fejn iż-żewġ ġenerazzjonijiet jistgħu jingħaqdu u jitgħallmu minn xulxin, imma qed inkomplu nżommu ħajjin it-tradizzjonijiet Maltin.

Il-pitch tal-boċċi jinkludi żona tal-logħob bir-ramel ta' 16.5 metri b'5 metri, filwaqt li l-mini golf jokkupa spazju ta' 5 metri b'6 metri. Dawn l-ispazji ġew iddisinjati biex ikunu aċċessibbli u komdi għar-residenti, speċjalment għall-irġiel li spiss jieħdu gost jipparteċipaw f'attivitajiet ta' dan it-tip. Sabiex jinħoloq ambjent rilassanti, ġew miżjuda wkoll bankijiet u gazebo, li jagħmlu minn din iż-żona post ideali fejn ir-residenti jistgħu jistrieħu u jqattgħu ħin ta' kwalità mal-oħrajn.

Is-Segretarju Parlamentari għall-Anzjanità Attiva Malcolm Paul Agius Galea saħaq li dan il-proġett juri l-impenn li jkomplu jiġu offruti opportunitajiet ġodda għall-anzjani, mhux biss f'kura medika iżda wkoll f'attivitajiet li jħeġġu ħajja attiva u indipendenti. “Kull investiment li nagħmlu f'San Vinċenz de Paul huwa mmirat biex itejjeb l-esperjenza ta' dawk li jgħixu hawn. L-attività fiżika u soċjali hija kruċjali għall-benesseri tal-anzjani, u b'din iż-żona ta' rikreazzjoni, qed noffru aktar spazji fejn jistgħu jgawdu ħajja attiva u komunità vibranti."

Fl-inawgurazzjoni, is-Segretarju Parlamentari kien akkumpanjat mill-Kap Eżekuttiv ta' San Vinċenz de Paul, Jorgen Souness. Dan il-proġett jikkumplimenta inizjattivi oħra li qed jittieħdu biex jissaħħu s-servizzi u l-infrastruttura f'San Vinċenz de Paul, bil-għan li l-anzjani jkollhom ambjent dejjem aktar aċċessibbli, komdu u li joffri l-aqwa kwalità tal-ħajja.

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-ANZJANITÀ ATTIVA Żona ta’ rikreazzjoni ġdida f’San Vinċenz de Paul
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-ANZJANITÀ ATTIVA Żona ta’ rikreazzjoni ġdida f’San Vinċenz de Paul
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-ANZJANITÀ ATTIVA Żona ta’ rikreazzjoni ġdida f’San Vinċenz de Paul
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-ANZJANITÀ ATTIVA Żona ta’ rikreazzjoni ġdida f’San Vinċenz de Paul
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow