Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U T-TURIŻMU Id-Deputat Prim Ministru Ian Borg iħeġġeġ lill-UE biex issaħħaħ is-sehem tagħha fil-ħidma għall-paċi u s-sigurtà

pr250434
Date Icon 17/03/2025

Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu Ian Borg ħeġġeġ lill-Unjoni Ewropea (UE) biex ikollha sehem aktar attiv u kordinat fin-negozjati internazzjonali li għaddejjin għall-paċi u s-sigurtà fl-Ukrajna, fil-Lvant Nofsani u f'żoni oħra ta' kunflitt fil-madwar.

It-Tnejn, id-Deputat Prim Ministru ħa sehem fil-laqgħa tal-Kunsill tal-Affarijiet Barranin tal-UE, li ddiskutiet l-aħħar żviluppi lejn tmiem il-gwerra t'aggressjoni tar-Russja fl-Ukraina, it-triq għall-paċi fil-Lvant Nofsani, kif ukoll ir-relazzjonijiet bejn l-UE u l-Istati Uniti.

“L-abbiltà tal-Ewropa li ssawwar dak li jkun qed jiġri madwarha jiddependi mill-abbiltà li tibqa' kredibbli, affidabbli u konsistenti. Jeħtieġ inkunu kapaċi nadattaw għar-realtajiet madwarna. Irridu nieħdu sehem attiv u kordinat f'kull sitwazzjoni li tiġi quddiemna, bħala parti minn strateġija wiesa' li tgħaqqadna flimkien b'għanijiet ċari," qal id-Deputat Prim Ministru Ian Borg,

Huwa laqa' l-ftehim tal-ġimgħa li għaddiet bejn l-Istati Uniti u l-Ukrajna f'Jeddah. “Hekk kif qed nibdew naraw triqat ġodda għall-paċi fl-Ukrajna, jeħtieġ nibqgħu impenjati li niżguraw li nilħqu paċi ġusta. Fl-istess waqt, trid ukoll tkun paċi li tħares il-libertajiet u s-sigurtà tal-Ewropa," hu appella, hekk kif tenna l-offerta ta' Malta biex tiffaċilita taħditiet inklussivi għall-paċi, billi tipprovdi l-ispazju għal dawk kollha konċernati sabiex jiddjalogaw u jaħdmu għal soluzzjoni dejjiema.

L-Ewropa għandha wkoll tieħu ħsieb ir-rabta bejn dan il-kunflitt u l-iżviluppi fil-Lvant Nofsani, speċjalment fl-Iran u fis-Sirja, kif ukoll fl-Afrika, b'enfasi fuq il-Libja u l-pajjiżi tas-Sahel. Malta għalhekk tappella għal strateġija aktar koerenti u komprensiva li tinkludi wkoll l-isfidi tan-Nofsinhar, sabiex ikun żgurat li l-isfidi tas-sigurtà li hemm fil-Lvant ma jispiċċawx mitfugħa fuq in-Nofsinhar.

Waqt il-laqgħa fi Brussell, id-Deputat Prim Ministru talab biex minnufih jitneħħew ir-restrizzjonijiet li qed ixekklu l-għajnuna umanitarja milli tasal f'Gaża, u saħaq fuq il-ħtieġa li jitwettaq b'mod sħiħ il-ftehim tal-waqfien mill-ġlied u l-iskambju t'ostaġġi.

“Il-konsistenza tal-UE biex tippromwovi l-ordni legali internazzjonali għandha testendi wkoll għas-sitwazzjoni f'Gaża u fix-Xatt tal-Punent. Il-pożizzjoni tagħna tal-UE hi favur is-soluzzjoni ta' żewġ stati. Dak li għaddej bħalissa fix-Xatt tal-Punent u fil-Lvant ta' Ġerusalem qed jhedded is-sinifikat ta' dan l-oġġettiv. Għalhekk, l-UE għandha b'mod attiv tfittex li tikkopera mal-imsieħba Għarab tagħna dwar il-Pjan għal Gaża. Il-kontribuzzjonijiet tagħna għandhom jenfasizzaw l-appoġġ kontinwu tagħna lejn ir-riforma tal-Awtorità Palestinjana. Din il-ħidma għandha tkompli bla waqfien, u teħtieġ ukoll il-koperazzjoni ta' Iżrael," ikkonkluda d-Deputat Prim Ministru.

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U T-TURIŻMU Id-Deputat Prim Ministru Ian Borg iħeġġeġ lill-UE biex issaħħaħ is-sehem tagħha fil-ħidma għall-paċi u s-sigurtà
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U T-TURIŻMU Id-Deputat Prim Ministru Ian Borg iħeġġeġ lill-UE biex issaħħaħ is-sehem tagħha fil-ħidma għall-paċi u s-sigurtà
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U T-TURIŻMU Id-Deputat Prim Ministru Ian Borg iħeġġeġ lill-UE biex issaħħaħ is-sehem tagħha fil-ħidma għall-paċi u s-sigurtà
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow