Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-IPPJANAR Jitħabbar it-8 musical li se jittella’ mit-Teatru Astra – “Fiddler on the Roof”

pr250424
Date Icon 15/03/2025

Il-Ministru għal Għawdex u l-Ippjanar Clint Camilleri ħabbar li se jittella’ l-musical klassiku “Fiddler on the Roof” fit-Teatru Astra, il-Belt Victoria fil-21, 22, 23, 28, 29, u 30 ta’ Marzu 2025. Il-ministru qal li, “Għal darb’oħra, dan it-teatru qed jikkonferma ruħu bħala ċentru ta’ eċċellenza fil-qasam tal-produzzjonijiet mużikali f’pajjiżna. Bħala ministeru nkunu fuq quddiem nett biex ngħinu sabiex produzzjonijiet bħal dawn li tant jattiraw nies lejn gżiritna jkun possibbli li jittellgħu.”

“Fiddler on the Roof” hija storja universali li tittratta t-temi tal-familja, l-imħabba u r-reżiljenza, filwaqt li ssegwi l-istorja ta’ Tevye, bejjiegħ tal-ħalib umli li jissielet biex iżomm it-tradizzjonijiet Lhudija fost bidliet kbar fir-Russja tas-seklu 20. L-udjenza se tkun imħeġġa tidħol f’din id-dinja emozzjonanti permezz tal-mużika indimentikabbli tal-produzzjoni, fosthom “Tradition”, “Sunrise, Sunset” u “If I Were a Rich Man”. Il-Ministru għal Għawdex u l-Ippjanar Clint Camilleri kompla jgħid li din il-produzzjoni hija xhieda tal-kwalità u l-professjonalità tat-Teatru Astra, li kontinwament qed iġib produzzjonijiet ta’ livell internazzjonali f’Għawdex. 

Kull min jattendi se jkollu ċ-ċans jara interpretazzjonijiet eċċellenti u settijiet spettakolari, kollha mħejjija b’attenzjoni kbira biex toħloq esperjenza teatrali li tibqa’ mfakkra. L-impenn u d-dedikazzjoni tat-tim kollu, mill-atturi għat-tekniċi, qed jagħmlu minn kollox biex iġibu din l-istorja ħajja b’mod uniku u memorabbli. It-Teatru Astra se jtella’ dan it-tmien musical tiegħu taħt id-direzzjoni artistika ta’ Christopher Gatt u d-direzzjoni mużikali għall-ewwel darba f’idejn Maestro George Apap. L-artist veteran Mark Tonna se jieħu r-rwol ikoniku u principali ta’ Tevye, karattru simpatiku u filosofiku. Francesco Nicodeme se jirritorna bħala koreografu. Id-direzzjoni vokali se tkun immexxija minn Cathy Lawlor, filwaqt li l-kor se jkun immexxi minn Sylvana Attard.

Il-ministru temm billi stieden lil kulħadd biex filwaqt li jżur il-gżira Għawdxija jesperjenza dan l-ispettaklu li se joffri serata maġika ta’ mużika, emozzjoni u tradizzjoni. Għal aktar informazzjoni wieħed jista’ jżur https://eventsingozo.com/event/fiddler-on-the-roof-3/. Il-biljetti jinsabu għall-bejgħ online fuq teatruastra.org.mt.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-IPPJANAR Jitħabbar it-8 musical li se jittella’ mit-Teatru Astra – “Fiddler on the Roof”
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow