Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-IPPJANAR Ulysses Grove se jiġi ttrasformat f’park modern u sostenibbli

PR250408
Date Icon 13/03/2025

27 tomna ta' spazju miftuħ għall-familji f'żona urbana

Il-Ministru għal Għawdex u l-Ippjanar Clint Camilleri ħabbar li ftit tal-jiem ilu ħarġet is-sejħa għall-offerti għall-Proġett ta' Ulysses Grove sabiex dan il-post jiġi ttrasformat f'park modern u sostenibbli biex jitgawda mill-familji u mill-komunità kollha.

Il-Ministru Clint Camilleri spjega li permezz ta' fondi mill-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar kif ukoll min-National Development and Social Fund (NDSF) dan il-proġett mifrux fuq 27 tomna se joħloq spazju sigur u aċċessibbli għal kulħadd f'żona urbana. Huwa kompla jgħid li din l-inizjattiva hija xhieda tal-impenn tal-gvern biex jiffoka fuq l-ambjent u r-rikreazzjoni f'Għawdex, u joħloq spazji li joffru kwalità tal-ħajja aħjar għar-residenti u għall-viżitaturi.

Il-ministru qal ukoll li dan il-proġett huwa parti minn viżjoni aktar wiesgħa biex jinħolqu spazji li jinkoraġġixxu u joffru kwalità ta' ħajja aħjar għal kulħadd. Huwa temm billi rringrazzja lid-Direttorat EkoGħawdex fi ħdan il-Ministeru, lill-NDSF u lill-kollaboraturi kollha li qed jaħdmu biex dan il-proġett isir realtà.

Min-naħa tiegħu, il-Kap Eżekuttiv tal-NDSF Raymond Andrew Ellul qal li l-fondi li se jingħataw mill-NDSF għal dan il-proġett jilħqu diversi miri soċjali fosthom ambjent aħjar, spazju għar-rikreazzjoni għall-familji u huwa proġett dejjiemi li se jitgawda mhux biss minn din il-ġenerazzjoni imma minn dawk futuri.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-IPPJANAR Ulysses Grove se jiġi ttrasformat f’park modern u sostenibbli
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-IPPJANAR Ulysses Grove se jiġi ttrasformat f’park modern u sostenibbli
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-IPPJANAR Ulysses Grove se jiġi ttrasformat f’park modern u sostenibbli
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAL GĦAWDEX U L-IPPJANAR Ulysses Grove se jiġi ttrasformat f’park modern u sostenibbli
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow