Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Riċerka u policy document mill-Fondazzjoni tal-Arkivju Notarili b’fondi mill-MCVS

pr250347
Date Icon 28/02/2025

B'riċerka speċjalizzata għas-sitwazzjoni lokali nħoloq u għadu kif ġie ppreżentat policy document speċifikament għall-Fondazzjoni tal-Arkivju Notarili, li bih se jiġi rregolat l-aċċess preżenti u futur għall-Arkivju tar-Reġistri Notarili li tiegħu l-Fondazzjoni hija l-operatur. Din ir-riċerka saret permezz ta' fondi allokati mill-Voluntary Organisations Project Scheme (VOPS) amministrati mill-Kunsill Malti għas-Settur tal-Volontarjat (MCVS).


Dan id-dokument ġie mniedi waqt żjara li għamlet il-Ministru għall-Inklużjoni u l-Volontarjat Julia Farrugia, fil-preżenza tal-Kap Eżekuttiv tal-MCVS Mauro Pace Parascandolo.

L-għan tal-proġett kien li jipproduċi policy document għall-Fondazzjoni tal-Arkivji Notarili (NAF), li jkun ukoll f'sintonija mal-liġi li tirregola l-arkivji Maltin u r-responsabbiltajiet tal-Fondazzjoni bħala l-operatur tal-Arkivju. Dan kien proġett ta' riċerka ta' sena, iffinanzjat mill-programm VOPS, u sar bl-użu tal-etnografija organizzattiva bħala l-metodoloġija prinċipali sabiex tinkiseb l-informazzjoni dwar l-organizzazzjoni li hemm bżonn.

Saru wkoll intervisti ma' partijiet interessati differenti li jaħdmu direttament mal-organizzazzjoni u anki barra mill-organizzazzjoni. Saru wkoll focus groups speċifikament mal-voluntiera u diskussjonijiet f'diversi okkażjonijiet ma' speċjalisti li jaħdmu man-NAF.

Dan id-dokument għandu jilqa' għall-ħtiġijiet preżenti u futuri tan-NAF biex irawwem ambjent tax-xogħol kostruttiv u sostenibbli. Dan għandu jiffaċilita t-tmexxija tal-organizzazzjoni u tippermetti li tintlaħaq il-missjoni ewlenija tan-NAF, li hija l-kura u l-immaniġġjar tal-Arkivju Notarili.

Waqt il-preżentazzjoni ta' dan id-dokument, il-Ministru Julia Farrugia enfasizzat l-importanza ta' dawn l-iskemi bħala għodda kruċjali għall-għaqdiet volontarji. “Permezz tal-fondi mogħtija mill-VOPS, qed insaħħu s-settur volontarju u nagħtu lill-Fondazzjoni tal-Arkivju Notarili l-għodda meħtieġa biex tkompli tħares u timmaniġġja dan il-wirt storiku. Dan l-investiment mhux biss isaħħaħ l-operat tal-organizzazzjoni, imma jinkoraġġixxi wkoll aktar involviment volontarju, li hu kruċjali biex dan il-patrimonju nazzjonali jibqa' ħaj u aċċessibbli għal kulħadd," temmet tgħid il-Ministru.

Dr Joan Abela, il-President tan-NAF, stqarret li l-Fondazzjoni hija kburija ħafna li, wara inqas minn sentejn li ġiet fdata bit-tmexxija tal-operat tal-Arkivju tar-Reġistri Notarili mill-Gvern Malti, laħqet tragward ieħor importanti fl-isforzi tagħha bl-għajnuna ta' fondi tal-VOPS, jiġifieri l-ħolqien ta' policy document għat-tmexxija tal-Arkivju. Il-Fondazzjoni, b'dan, mhux biss qed tissimplifika l-operat tagħha, iżda qed tħalli wkoll wirt li l-ġenerazzjonijiet futuri jistgħu jibbenefikaw minnu u fl-aħħar mill-aħħar ikomplu jiżviluppaw għall-ġid tal-patrimonju nazzjonali tagħna.

Il-Kap Eżekuttiv tal-MCVS, Mauro Pace Parascandalo, qal li dan l-Arkivju jirrifletti u jagħti kuntest lill-istorja ta' pajjiżna u għalhekk huwa ta' unur li fondi tal-Kunsill allokati għar-riċerki qed jgħinu wkoll sabiex dan il-patrimonju jiġi salvagwardjat għalina u għall-ġenerazzjonijiet futuri.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Riċerka u policy document mill-Fondazzjoni tal-Arkivju Notarili b’fondi mill-MCVS
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Riċerka u policy document mill-Fondazzjoni tal-Arkivju Notarili b’fondi mill-MCVS
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INKLUŻJONI U L-VOLONTARJAT Riċerka u policy document mill-Fondazzjoni tal-Arkivju Notarili b’fondi mill-MCVS
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow