Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U T-TURIŻMU “L-industrija tal-catering hija xprun ewlieni tat-turiżmu” – id-Deputat Prim Ministru Ian Borg

PR250341
Date Icon 27/02/2025

L-Assoċjazzjoni tal-Istabbilimenti tal-Catering tħabbar ir-riżultati ta' studju għat-tieni nofs tas-sena 2024

“L-industrija tal-catering mhijiex biss settur tan-negozju; hija pilastru tal-ekonomija Maltija u xprun ewlieni tat-turiżmu." Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu Ian Borg tkellem dwar l-irwol kruċjali tal-istabbilimenti tal-ikel u x-xorb bħala parti integrali mill-prodott turistiku Malti, fil-kummenti tal-għeluq tiegħu waqt konferenza li fiha tħabbar studju tal-Assoċjazzjoni tal-Istabbilimenti tal-Catering (ACE), Research & Economic Outlook, dwar l-istabbilimenti lokali tal-ikel u x-xorb fit-tieni nofs tas-sena 2024.

L-industrija tal-catering, li timpjega aktar minn 10,000 ħaddiema, hija kontributur ewlieni tal-prodott gross domestiku ta' Malta, filwaqt li tħares u tiċċelebra r-rikkezza tal-wirt kulinarju Malti. L-istudju ta' ACE juri li l-maġġoranza tal-istabbilimenti tal-ikel huma dedikati għal platti Mediterranji u ikel lokali tradizzjonali, u dan ikompli jsaħħaħ il-kultura gastronomika awtentika tal-gżejjer Maltin.

“Ir-riżultati li tħabbru llum juruna xejriet importanti dwar il-qagħda tal-industrija llum, filwaqt li jagħtuna l-għarfien meħtieġ biex inkomplu mmexxu 'l quddiem l-iżvilupp tagħha," qal id-Deputat Prim Ministru Borg. Saħaq dwar il-ħtieġa li l-awtoritajiet iqisu u jaġġornaw il-qafas regolatorju l-ħin kollu, filwaqt li jappoġġjaw lin-negozji sabiex jindirizzaw sfidi differenti, fosthom dawk fil-qasam tax-xogħol, l-immaniġġjar tal-iskart u l-effiċjenza fl-operat.

Innota wkoll li l-Ministeru għat-Turiżmu jagħraf li jeħtieġ li jkun mistħarreġ aktar titjib ta' programmi ta' taħriġ u ċ-ċertifikazzjoni tal-ħaddiema, fosthom anke l-iSkills Pass, sabiex ikun hemm proċessi bla xkiel għan-negozji u l-impjegati.

Dr Borg qal ukoll li l-innovazzjoni u s-sostenibilità huma essenzjali għall-futur tal-industrija. “It-trasformazzjoni diġitali m'għadhiex għażla, iżda ħtieġa. Sistemi ta' prezzijiet u ta' titjib tal-menusiggwidati bl-intelliġenza artifiċjali jistgħu jżidu l-effiċjenza u l-profitabilità," qal id-Deputat Prim Ministru. Semma wkoll li d-domanda għal prattiċi favur l-ambjent qed dejjem tiżdied, u ħeġġeġ lill-istabbilimenti biex iħaddnu s-sostenibilità.

“ACE qed tkun strumentali fl-iżvilupp ta' din l-industrija, u flimkien ma' msieħba oħrajn, se nkomplu naħdmu għal iżjed progress. Ejjew nimxu 'l quddiem b'determinazzjoni u għaqda, sabiex niżguraw li l-industrija tal-cateringtkompli tiffjorixxi fil-futur," temm jgħid id-Deputat Prim Ministru.

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U T-TURIŻMU “L-industrija tal-catering hija xprun ewlieni tat-turiżmu” – id-Deputat Prim Ministru Ian Borg
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U L-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U T-TURIŻMU “L-industrija tal-catering hija xprun ewlieni tat-turiżmu” – id-Deputat Prim Ministru Ian Borg
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow