Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL Investiment rekord ta’ €3.7 miljun f’ċentru ta’ riabilitazzjoni għall-minuri

pr250336
Date Icon 27/02/2025

Il-Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal kompla jsaħħaħ il-ftehimiet soċjali li għandu ma' diversi organizzazzjonijiet non-Governattivi sabiex ikomplu joffru servizz professjonali fil-komunità.

Propju l-Ħamis filgħodu ġie ffirmat estensjoni ta' ftehim soċjali mal-Caritas u li se jikkonsolida s-servizzi kollha offruti mill-Caritas Tal-Ibwar Komunità għall-Adolexxenti, għall-proviżjoni ta' riabilitazzjoni mid-droga għall-minuri.

Fil-preżenza tal-Ministru Michael Falzon, ġie ffirmat dan il-ftehim li jlaħħaq is-somma ta' €3.7 miljun mifruxa fuq medda ta' 3 snin, sabiex jiżguraw l-aqwa servizz lil dawn il-minuri f'riabilitazzjoni. Dan il-ftehim ifisser ukoll żieda ta' 21% fuq dak preċedenti. “Qegħdin ninvestu daqshekk bis-saħħa għaliex verament nemmnu fil-potenzjal ta' kulħadd, speċjalment ta' dawk l-aktar vulnerabbli u żvantaġġjati," stqarr il-Ministru Michael Falzon.

Id-Direttur tal-Caritas Anthony Gatt stqarr illi dan iċ-Ċentru tal-Ibwar beda jilqa' żgħażagħ minn Mejju tal-2021, u s'issa ħadem ma' 140 każ, fejn minn tal-inqas saru 5 sessjonijiet ma' kull individwu li fittex l-għajnuna. Fil-preżent qed jaħdmu ma' 45 familja, fejn anke qed isiru interventi ma' żgħażagħ illi għadhom f'fażi t'esperimentazzjoni. Dan filwaqt li 6 żgħażagħ qed jirrisjedu fiċ-ċentru sakemm itemmu l-erba' fażijiet u eventwalment jerġgħu lura fil-komunità.

Ġie spjegat li ħafna mill-każijiet huma t'adolexxenti li sfortunatament ikunu għaddew minn sitwazzjonijiet soċjali diffiċli ħafna, b'konsegwenza li jispiċċaw jirrikorru għad-droga bil-ħsieb illi jtaffu xi ftit mill-uġigħ li jkunu għaddew minnu. Fortunatament, il-maġġoranza tal-adolexxenti jerġgħu jgawdu minn stabbiltà f'ħajjithom, u anke megħjuna minn tim ta' professjonisti saħansitra wara li jkunu temmew f'suċċess iż-żmien ta' riabilitazzjoni minn dan iċ-ċentru.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL Investiment rekord ta’ €3.7 miljun f’ċentru ta’ riabilitazzjoni għall-minuri
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL Investiment rekord ta’ €3.7 miljun f’ċentru ta’ riabilitazzjoni għall-minuri
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL Investiment rekord ta’ €3.7 miljun f’ċentru ta’ riabilitazzjoni għall-minuri
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow