Left arrow Go Back

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI Imħabbra d-dettalji dwar il-Karnival fil-Marsa

PR250329
Date Icon 26/02/2025

Il-Kunsill Lokali tal-Marsa se jtella' attività tal-Karnival nhar il-Ħamis  27 ta' Frar mis-6 ta' filgħaxija 'l quddiem. Id-dettalji dwar din l-attività tħabbru mis-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali, Alison Zerafa Civelli, flimkien mas-Sindku tal-Marsa, Luke Farrugia, id-Direttur Ġenerali tad-Diviżjoni għall-Gvern Lokali, Emile Vassallo u l-kunsillier responsabbli mill-attivitajiet kulturali, Dominic Spencer.

Ġie spjegat li din l-attività mhux se tkun limitata biss għat-tfal, iżda se jkun hemm banda magħmula minn baned Marsin, żfin minn kumpaniji tal-Karnival, kompetizzjoni tal-kostumi, karrijiet, flimkien ma' maskaruni u ikel tradizzjonali tal-Karnival bħall-prinjolata u l-perlini.

Is-Segretarju Parlamentari Alison Zerafa Civelli fissret li din l-attività hi parti minn kullana ta' attivitajiet li l-kunsilli lokali se jkunu qed itellgħu matul din il-ġimgħa u l-bidu tal-ġimgħa d-dieħla. Spjegat li dawn l-attivitajiet qed jikkumplimentaw dawk nazzjonali mtellgħin fil-Belt Valletta. Hija faħħret lill-kunsilli lokali li qed japplikaw u jutilizzaw fondi permezz tal-iskemi maħruġa mid-Diviżjoni għall-Gvern Lokali sabiex itellgħu dawn l-attivitajiet għat-tgawdija tar-residenti u dawk kollha li jżuru l-lokalità.

Min-naħa tiegħu, is-Sindku tal-Marsa, Luke Farrugia, qal li l-kunsill qed jara li jtella' diversi attivitajiet għaċ-ċittadini tal-Marsa. Qal li attivitajiet bħal dawn jattiraw anke turisti li jiġu f'pajjiżna proprju għall-Karnival Malti. Huwa rringrazzja lid-Diviżjoni għall-Gvern Lokali li qed toħroġ skemi ntiżi sabiex iqajmu aktar għarfien kulturali madwar Malta u Għawdex.

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI Imħabbra d-dettalji dwar il-Karnival fil-Marsa
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI Imħabbra d-dettalji dwar il-Karnival fil-Marsa
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow