Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA Jiġi rivedut il-formularju tal-mediċini tal-gvern biex ikun hemm aċċess aħjar ta’ mediċini għas-saħħa mentali

pr250318
Date Icon 25/02/2025

Il-Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva ħabbar li ser ikun qed jiġi rivedut il-formularju tal-mediċini tal-gvern biex jirrifletti aċċess aħjar ta' mediċini għal kura ta' saħħa mentali, kif ukoll jiġu imtejba drittijiet ta' preskrizzjoni lil speċjalisti u tobba tal-familja.

L-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) iddikjarat li s-saħħa mentali hija stat ta' benesseri li tippermetti lill-individwi jirrealizzaw l-potenzjal tagħhom, li jistgħu jlaħħqu mal-istress tal-ħajja, li jkunu produttivi fuq il-post tax-xogħol, u li jikkontribwixxu lill-komunità. Il-kisba ta' saħħa mentali sostenibbli tibqa' fundamentali għall-benesseri tagħna.

Il-Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva Jo Etienne Abela qal kif l-evidenza qed turi li l-avvanzi fil-kura medika qed jirriżultaw li huma effettivi fil-prevenzjoni u l-immaniġġjar ta' tali kundizzjonijiet. Spjega kif bis-saħħa tal-Istrateġija għas-Saħħa Mentali għal Malta 2020-2030, il-gvern qed jiżgura li dawk fil-bżonn ikunu jistgħu jirċievu l-kura u l-appoġġ meħtieġ fi ħdan ambjent komunitarju permezz ta' strateġiji ta' kura bbażati fil-komunità.

Il-Ministru Jo Etienne Abela qal kif fid-dawl ta' dan kollu, il-Gvern Malti qed jirrevedi u jaġġorna l-Formularju tal-Gvern biex jirrifletti l-aċċess għall-aħħar trattament ibbażat fuq l-evidenza filwaqt li jagħti wkoll drittijiet imtejba ta' preskrizzjoni lil speċjalisti u tobba tal-familja, li issa jistgħu jissottomettu applikazzjonijiet għall-intitolamenti tal-mediċina għal numru ta' kundizzjonijiet ta' saħħa mentali. L-ispeċjalisti u tobba tal-familja se jingħataw ukoll aċċess għal servizzi speċjalizzati tas-saħħa mentali kemm fi kliniċi tas-saħħa mentali fil-komunità kif ukoll f'faċilitajiet oħra tas-saħħa mentali.

“Din l-inizjattiva hija mfassla biex tissimplifika l-aċċess għat-trattament u tippermetti lill-pazjenti jirċievu kura f'waqtha, direttament fil-komunitajiet tagħhom.  Is-Sistema Nazzjonali tas-Saħħa qed trawwem approċċ aktar integrat u olistiku għall-kura, li fl-aħħar mill-aħħar iwassal għal riżultati mtejba tas-saħħa mentali," temm jgħid il-ministru.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow