Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INDAFA PUBBLIKA Il-Ministeru għall-Enerġija jniedi skemi ġodda għal proġetti ta’ enerġija rinnovabbli fid-djar

pr250313
Date Icon 24/02/2025

Investiment ta' €10 miljun biex insaħħu l-użu tal-enerġija rinnovabbli; benefiċċju addizzjonali għall-familji f'Għawdex

Investiment ta' aktar minn €10 miljun f'għotjiet għall-użu tal-enerġija rinnovabbli se jappoġġja l-familji fil-qalba lejn enerġija sostenibbli fid-djar tagħhom. Dan tħabbar mill-Ministru għall-Enerġija Miriam Dalli, li spjegat kif dan l-investiment juri l-impenn tal-Gvern lejn ambjent aktar nadif u komunitajiet aktar sostenibbli.

“Se nkomplu nappoġġjaw lill-familji biex ikollhom aċċess għall-enerġija rinnovabbli, permezz ta' inċentivi li jistgħu jgħinu lill-familji jkunu parti mit-transizzjoni ta' Malta għall-enerġija nadifa," qalet il-Ministru Dalli.

Ġie spjegat li l-iskema li qed tiġi mnedija llum, u li hija amministrata mir-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma (REWS), għandha l-għan li tgħin lis-sidien tad-djar biex jinstallaw sistemi fotovoltajċi u soluzzjonijiet għall-ħażna tal-elettriku (battery storage).

Karatteristiċi ewlenin tal-iskema jinkludu Feed-in Tariff ta' 10.5ċ għal kull unit għal 20 sena u proċess ta' applikazzjoni ssimplifikat b'approvazzjoni immedjata għall-applikazzjonijiet tal-Parti A.

Kategoriji tal-Għotjiet:

GħażlaTip ta' SistemaGħotja
APV b'inverter standard50% tal-ispejjeż eliġibbli, sa €2,500 għal kull sistema (€625/kWp)
BPV b'inverter ibridu50% tal-ispejjeż eliġibbli, sa €3,000 għal kull sistema (€750/kWp)
CInverter ibridu + ħażna tal-elettriku80% tal-ispejjeż tal-batterija, sa €7,200 (€720/kWh) + 80% tal-ispejjeż tal-inverter, sa €1,800 (€450/kWp)
DĦażna tal-elettriku80% tal-ispejjeż tal-batterija, sa €7,200 (€720/kWh)

Tħabbar ukoll benefiċċju addizzjonali għall-familji f'Għawdex fejn kull min jinstalla ħażna tal-elettriku (battery storage) ġewwa Għawdex jista' jibbenefika minn żieda fl-għotja li tingħata. Dan għaliex, f'dan il-każ l-għotja tkun ta' 95% sa massimu ta' €8,550.

F'Għawdex għandna ammont sostanzjali ta' pannelli li jagħmlu lil Għawdex jiddependi ferm aktar fuq enerġija nadifa. Għandna ħinijiet fejn parti minn Għawdex ikunu qed jaħdmu għal kollox fuq enerġija nadifa u rridu li nkomplu nsaħħu dan l-aspett permezz tal-installazzjoni ta' aktar batteriji fid-djar," qalet il-Ministru Dalli.

Min-naħa tiegħu, il-Kap Eżekuttiv ta' REWS, Inġ Marjohn Abela semma kif l-Iskema RES 2024 kienet kruċjali fl-avvanz tal-enerġija rinnovabbli f'Malta fejn b'aktar minn 2,500 applikazzjoni, din l-iskema għenet fl-installazzjoni ta' sistemi fotovoltajċi (PV) u soluzzjonijiet ta' ħażna tal-enerġija f'diversi setturi. “L-iskema li qed iniedu llum tikkonferma l-impenn tagħna biex nappoġġjaw lis-sidien tad-djar fit-transizzjoni tagħhom lejn enerġija aktar nadifa. B'fondi ta' €10.3 miljun, aktar nies jistgħu jibbenefikaw mis-sistemi PV u l-ħażna tal-enerġija, u b'hekk itejbu l-effiċjenza u s-sostenibbiltà tal-enerġija. L-interess qawwi mill-pubbliku fl-iskema tas-sena l-oħra, flimkien mal-proċess ta' applikazzjoni mtejjeb u l-inċentivi ġodda, se jkomplu jmexxu 'l quddiem it-transizzjoni ta' Malta lejn enerġija rinnovabbli".

Qed tinħareġ ukoll skema ġdida għall-feed-in tariff, li tipprovdi benefiċċji għal sistemi fotovoltajċi taħt 40kWp. Il-Feed-in Tariff hija ta' €0.15 kull kWh għal 20 sena u ma tinkludix il-grant. Il-proċess ta' applikazzjoni huwa aktar sempliċi b'approvazzjoni awtomatika għall-ewwel parti tal-proċess. Din l-iskema hija miftuħa għal djar, organizzazzjonijiet komunitarji u negozji.

Għal aktar dettalji żur rews.org.mt jew ċempel freephone 153.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INDAFA PUBBLIKA Il-Ministeru għall-Enerġija jniedi skemi ġodda għal proġetti ta’ enerġija rinnovabbli fid-djar
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INDAFA PUBBLIKA Il-Ministeru għall-Enerġija jniedi skemi ġodda għal proġetti ta’ enerġija rinnovabbli fid-djar
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow