Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL Imnedija strateġija nazzjonali kontra l-faqar u favur l-inklużjoni soċjali

pr250286
Date Icon 20/02/2025

Daħlet fis-seħħ l-Istrateġija Nazzjonali kontra l-faqar u favur it-tisħiħ tal-inklużjoni soċjali, strateġija b'viżjoni għall-10 snin illi ġejjin u li hija bbażata fuq 165 rakkomandazzjoni. L-informazzjoni dwar din l-istrateġija ngħatat waqt konferenza tal-aħbarijiet, propju fil-jum illi jfakkar il-ġustizzja soċjali.

Din l-istrateġija hija parti mill-implimentazzjoni tal-Viżjoni Soċjali ta' Malta, u timmira li kulħadd jgħix ħajja diċenti u dinjituża filwaqt li tiżgura li ħadd ma jitħalla lura. Dan fl-istess ħin li Malta jibqa' jkollha waħda mill-inqas rata ta' nies f'riskju ta' faqar u esklużjoni soċjali fl-Unjoni Ewropea.

L-Istrateġija għandha total ta' mija u ħamsa u sittinrakkomandazzjoni, ilkoll intiżi sabiex jiżguraw opportunitajiet ugwali, tisħiħ fil-ħiliet tan-nies, solidarjetà ma' dawk l-aktar fil-bżonn u dinjità lil kull individwu.

L-istrateġija hija mibnija fuq ħames prinċipji li huma:

• Flimkien naħdmu għal ambjent inklużiv fejn kulħadd jista' jirnexxi u jimxi 'l quddiem

• Emanċipazzjoni: Individwi jingħataw ir-riżorsi neċessarji u aċċess għal opportunitajiet li jwasslu għal kwalità ta' ħajja aħjar.

• Opportunità: Jiġi assigurat l-aċċess ugwali għall-edukazzjoni, il-kura tas-saħħa u l-impjiegi, fost opportunitajiet oħra.

• Solidarjetà: Noffru kull appoġġ biex jiġi assigurat li ħadd ma jaqa' lura fis-soċjetà.

• Kwalità ta' Ħajja Dinjituża: Nassiguraw l-aċċess għall-bżonnijiet bażiċi mingħajr tbatija finanzjara, inkomplu nippromwovu stabbiltà ekonomika sabiex kulħadd ikun jista' javvanza 'l quddiem.

Il-Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal, Michael Falzon sostna illi huwa kuntent bir-riżultati li rnexxielu jikseb pajjiżna fejn jidħol anqas nies f'riskju ta' faqar u esklużjoni soċjali, iżda saħaq li fadal ħafna aktar x'isir. “Quddiemna għanda strateġija dettaljata li taf fejn trid tasal. Kommessi li b'ħidma konġunta bejn diversi Ministeri u stakeholders niżguraw l-adozzjoni ta' dan id-dokument, fejn it-twettiq ta' kull paġna minnu ifisser differenza pożittiva u reali fil-ħajja tan-nies," sostna il-Ministru Michael Falzon.

Intant twaqqaf kumitat li se jkun qed isegwi l-ħidma tal-Ministeri varji u saħansitra ser ikun qed iwettaq reviżjonijiet fis-sena 2027, 2030 u 2035 sabiex jiżgura l-qagħda u realtajiet soċjali tal-preżent.

Is-Segretarju Permanenti Mark Musu stqarr illi dan l-eżerċizzju nazzjonali qed issir fl-istess ħin illi Malta jibqa' jkollha waħda mill-inqas rata ta' nies f'riskju ta' faqar u esklużjoni soċjali fl-Unjoni Ewropea, bil-mira nazzjonali li jitnaqqas il-faqar bi 3.1% sal-2030. Il-persentaġġ ta' Maltin f'riskju ta' faqar jew esklużjoni soċjali kien ta' 19.8% fl-2023, fejn b'hekk ġie rreġistrat tnaqqis ta' 2.4% mill-2015. Fejn tidħol iċ-ċaħda materjali severa u esklużjoni soċjali, jirriżulta li mill-2015 sal-2023 din naqset minn 20% tal-popolazzjoni għal madwar 8%, jiġifieri naqsu b'aktar minn nofs minn dawk li kellna 10 snin ilu.

Waqt l-istess konferenza tkellmu wkoll l-ekonomista Aaron Grech u d-Direttur Ġenerali fi ħdan il-Ministeru Alexia Vella, fejn elaboraw dwar il-qagħda ta' Malta kkumparata ma' pajjiżi Ewropej oħra u kif din tista' tkompli tissaħħaħ permezz ta' politika proattiva, reżiljenti u msawra madwar elementi ta' progress soċjali u ekonomiku.

Id-dokument tal-Istrateġija nazzjonali kontra l-faqar u favur it-tisħiħ tal-inklużjoni soċjali jista' jiġi aċċessat hawn.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL Imnedija strateġija nazzjonali kontra l-faqar u favur l-inklużjoni soċjali
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL Imnedija strateġija nazzjonali kontra l-faqar u favur l-inklużjoni soċjali
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL Imnedija strateġija nazzjonali kontra l-faqar u favur l-inklużjoni soċjali
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U D-DRITTIJIET TAT-TFAL Imnedija strateġija nazzjonali kontra l-faqar u favur l-inklużjoni soċjali
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow