Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INDAFA PUBBLIKA Kisbiet notevoli fl-immaniġġjar tal-ilma

PR250278
Date Icon 19/02/2025

Il-Gvern saħħaħ is-sigurtà tal-ilma fil-pajjiż permezz ta’ numru ta’ kisbiet notevoli, mill-ftuħ tal-impjant tar-reverse osmosis f’Għawdex, għal produzzjoni ikbar tan-‘New Water’; sors ewlieni tal-ilma nonkonvenzjonali. L-isforzi lejn titjib fl-effiċjenza fl-enerġija fil-qasam tad-desalinizzazzjoni wasslu għal tnaqqis kemm fl-ispejjeż kif ukoll fl-impatt ambjentali. Dan filwaqt li l-implimentazzjoni ta’ tipi ta’ finanzjament aħdar bħalma huma l-green bonds, qed iwittu t-triq għal inizjattivi iktar sostenibbli.

Dawn il-kisbiet u bosta oħrajn ġew elenkati mill-Ministru għall-Ambjent u l-Enerġija Miriam Dalli waqt il-Konferenza Nazzjonali għall-Ilma, li din is-sena ffukat fuq it-tema tar-riżorsi ta’ ilma nonkonvenzjonali għal iktar reżiljenza fl-ilma, li għaliha attendew bosta entitajiet lokali u internazzjonali.

“Għal dawn l-aħħar 50 sena, il-Qafas tal-Politika Nazzjonali ta’ Malta fl-Ilma rrifletta l-innovazzjoni u viżjoni strateġika. Bnejna fuq il-kisbiet pożittivi – partikolarment fejn għandu x’jaqsam id-desalinizzazzjoni u l-użu mill-ġdid tal-ilma, u dan sabiex tiġi żgurata s-sigurtà tal-ilma. Issa jeħtieġ li nagħmlu l-pass li jmiss, u nżidu l-integrazzjoni ta’ dawn ir-riżorsi nonkonvenzjonali tal-ilma u b’hekk nibqgħu reżiljenti fir-realtà tat-tibdil fil-klima,” irrimarkat il-Ministru Dalli.

Manuel Sapiano, Kap Eżekuttiv tal-Aġenzija għall-Enerġija u l-Ilma, filwaqt li rringrazzja lill-Università ta’ Malta u l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma għall-għajnuna tagħhom fl-organizzazzjoni ta’ din il-konferenza, saħaq fuq l-isforzi li saru tul is-snin sabiex titjieb id-diversifikazzjoni fir-riżorsi tal-ilma fil-pajjiż u l-effiċjenza f’dan il-qasam. “L-iskop ta’ din il-konferenza kien li nħarsu ’l quddiem u naraw kif nistgħu niżviluppaw iktar is-settur tal-ilma. Bir-realtà tat-tibdil fil-klima, l-isfidi li qed jaffaċċja s-settur tal-ilma se jkomplu jiżdiedu, u għaldaqstant irridu nibqgħu ntejbu l-qafas tal-immaniġġjar tal-ilma, b’mod kontinwu.”

Din il-konferenza inkludiet ukoll l-iffirmar tal-fażi li jmiss tal-Programm Alteraqua li se jara riċerka fuq skala nazzjonali, kampanji ta’ għarfien u proġetti pilota fil-qasam ta’ użu mill-ġdid ta’ greywater. B’investiment ta’ nofs miljun ewro, din se tkun il-ħames fażi. Dawn is-soluzzjonijiet innovattivi u t-tixrid wiesa’ tal-għarfien fil-qasam, iwasslu biex Malta tkompli tafferma l-impenn tagħha lejn immaniġġjar tal-ilma sostenibbli lokalment u lil hinn.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INDAFA PUBBLIKA Kisbiet notevoli fl-immaniġġjar tal-ilma
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INDAFA PUBBLIKA Kisbiet notevoli fl-immaniġġjar tal-ilma
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow