Left arrow Go Back

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAS-SAJD, L-AKWAKULTURA U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI Aquatic Resources Malta bi proġett ġdid favur id-diversifikazzjoni tal-ispeċi tal-ħut fl-akwakultura Maltija

PR250266
Date Icon 18/02/2025

Is-Segretarju Parlamentari għas-Sajd, l-Akwakultura u d-Drittijiet tal-Annimali, Alicia Bugeja Said, ħabbret proġett ġdid favur id-diversifikazzjoni tal-ispeċi tal-ħut fl-akwakultura li se jiffoka fuq il-pagri u l-aċċol.

Dan il-proġett, li hu kofinanzjat minn fondi Ewropej, qed isir mill-aġenzija Aquatic Resources Malta fil-laboratorju li għandha l-istess aġenzija fit-Torri ta' San Luċjan. Dan il-proġett jiffoka fuq l-introduzzjoni ta' żewġ speċi ġodda fl-akwakultura lokali: il-Greater Amberjack (Seriola dumerili) u r-Red Porgy (Pagrus pagrus).

Is-segretarju parlamentari esprimiet is-sodisfazzjon tagħha għall-ħidma li qed twettaq din l-aġenzija fejn qed twassal biex Malta tkompli tagħmel passi importanti fl-iżvilupp tas-settur tal-akwakultura permezz ta' dawn it-tip ta' proġetti. Hija spjegat li l-għan ewlieni ta' dan il-proġett huwa li jgħin fit-tisħiħ tar-reżiljenza u l-kompetittività tal-akwakultura Maltija, permezz ta' riċerka u innovazzjoni f'oqsma bħar-riproduzzjoni, it-trobbija, in-nutrizzjoni u s-saħħa tal-ħut.

“Dan il-proġett juri l-impenn kontinwu li pajjiżna għandu biex iżomm is-settur tal-akwakultura bħala wieħed sostenibbli, innovattiv u adattat għall-isfidi tal-futur. Il-ħidma li qed issir mhux biss tħejji l-industrija għall-kompetizzjoni globali, iżda tiżgura wkoll li Malta tibqa' fost il-pajjiżi li qed jinvestu f'riċerka avvanzata għall-produzzjoni tal-ħut permezz ta' metodi aktar effiċjenti u sostenibbli", temmet tgħid is-Segretarju Parlamentari Bugeja Said.

Il-Kap Eżekuttiv tal-Aġenzija Aquatic Resources Malta, Frank Fabri, spjega li l-proġett beda b'sejħa ta' interess indirizzata lis-sajjieda MFA u MFB, fejn dawk li pparteċipaw kienu mitluba jiġbru kampjuni ta' aċċol u pagri bejn Settembru u Ottubru 2024. Dawn il-kampjuni tpoġġew fi kwarantina sakemm laħqu daqs xieraq, imbagħad ġew trasferiti f'tankijiet speċjali biex tkun tista' ssir l-ewwel fażi tal-proċess ta' riproduzzjoni. Fabri qal li l-għan finali ta' dan il-proċess huwa li jkollna l-bajd tal-ħut, jitrabba l-larvae, u b'hekk jintemm iċ-ċiklu sħiħ tar-riproduzzjoni ta' dawn l-ispeċi fil-faċilitajiet tal-akwakultura lokali.

“Bħala parti mill-inizjattiva, qiegħed jitwettaq ukoll studju tas-suq sabiex jinstabu u jiġu akkwistati tagħmir speċjalizzat li jsaħħaħ il-kapaċità tal-laboratorji u l-faċilitajiet għat-trobbija tal-ħut. Dan l-investiment se jassigura s-sostenibbiltà fit-tul ta' dan il-proġett innovattiv", temm jgħid Dr Frank Fabri.

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAS-SAJD, L-AKWAKULTURA U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI Aquatic Resources Malta bi proġett ġdid favur id-diversifikazzjoni tal-ispeċi tal-ħut fl-akwakultura Maltija
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAS-SAJD, L-AKWAKULTURA U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI Aquatic Resources Malta bi proġett ġdid favur id-diversifikazzjoni tal-ispeċi tal-ħut fl-akwakultura Maltija
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAS-SAJD, L-AKWAKULTURA U D-DRITTIJIET TAL-ANNIMALI Aquatic Resources Malta bi proġett ġdid favur id-diversifikazzjoni tal-ispeċi tal-ħut fl-akwakultura Maltija
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow