Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA Iffirmat ftehim bejn Malta u l-Italja fil-farmaċewtika

PR250264
Date Icon 18/02/2025

F'Ruma, il-Malta Medicines Authority (MMA) u l-Agenzia Italiana Del Farmaco (AIFA) ffirmaw ftehim ta' kollaborazzjoni li ser isaħħaħ is-settur farmaċewtiku bejn iż-żewġ pajjiżi. L-iffirmar tal-ftehim kien ippresedut mill-Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva, Jo Etienne Abela.

Dan il-ftehim għandu l-iskop li jsaħħaħ il-kollaborazzjoni bejn iż-żewġ pajjiżi li jwasslu biex jintlaħqu miri kondiviżi fil-qasam tal-politika farmaċewtika Ewropea u lil hinn. L-iffirmar ta' dan il-ftehim mhux biss jafferma mill-ġdid ir-rabta qawwija bejn Malta u l-Italja, iżda jikkonferma l-impenn ta' Malta għall-kollaborazzjoni fi ħdan l-UE u fuq kollox lejn il-pazjenti ta' pajjiżna.

Il-Ministru Jo Etienne Abela spjega, “L-għan ta' dan il-ftehim hu li nsaħħu r-rwol tal-Italja u Malta bħala msieħba ewlenin fl-implimentazzjoni mhux biss tal-politika farmaċewtika Ewropea, imma naraw li ntejbu s-sigurtà u l-aċċess għall-mediċini, filwaqt li fl-istess ħin nippromwovu l-innovazzjoni u s-sostenibbiltà fil-Mediterran u fl-Unjoni Ewropea kollha".

Dan il-ftehim ser jassigura li ż-żewġ pajjiżi jgawdu minn skambju ta' informazzjoni u l-aħjar prattiċi fix-xjenzi regolatorji, irawwem l-adattament tal-metodoloġiji innovattivi inklużi d-diġitalizzazzjoni, l-awtomazzjoni regolatorja u l-intelliġenza artifiċjali biex itejbu t-teħid ta' deċiżjonijiet regolatorji u l-effiċjenza, isiru sforzi konġunti permezz ta' parteċipazzjoni b'mod konġunt fis-sejħiet internazzjonali għall-kooperazzjoni, tibni reżiljenza kontra emerġenzi tas-saħħa u ħidma fuq it-tisħiħ tal-kapaċitajiet operattivi u l-espansjoni tal-kompetenza tal-impjegati.

Il-Ministru Abela qal li dan il-ftehim bejn l-awtoritajiet se jwassal għal opportunità li ż-żewġ pajjiżi jkomplu javvanzaw fix-xjenza regolatorja tal-mediċini. “Huwa importanti li Malta u l-Italja jibbenefikaw minn kollaborazzjoni li l-għan ewlieni tagħha hu li l-pazjenti tagħna jinqdew aħjar", temm jgħid il-Ministru Abela.

F'Ruma, il-Ministru Jo Etienne Abela ltaqa' wkoll mal-Ministru għas-Saħħa, Taljan Orazio Schillaci, fejn fost numru ta' punti ddiskutew aktar kollaborazzjonijiet bejn Malta u l-Italja dwar aċċess għall-mediċini, trapjanti, screening, trasfużjoni u taħriġ ta' professjonisti fil-kura tas-saħħa.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA Iffirmat ftehim bejn Malta u l-Italja fil-farmaċewtika
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA Iffirmat ftehim bejn Malta u l-Italja fil-farmaċewtika
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA Iffirmat ftehim bejn Malta u l-Italja fil-farmaċewtika
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA Iffirmat ftehim bejn Malta u l-Italja fil-farmaċewtika
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA Iffirmat ftehim bejn Malta u l-Italja fil-farmaċewtika
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow