Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTIJIET U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI Proġett ta’ restawr tal-Barracks ta’ Għajn Tuffieħa fil-Park tal-Majjistral

PR250251
Date Icon 15/02/2025

Il-Ministru għall-Artijiet u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali, Stefan Zrinzo Azzopardi, żar il-Park tal-Majjistral biex jara mill-qrib il-proġett ta’ restawr li qed isir fuq il-Barracks ta’ Għajn Tuffieħa. Dawn il-barracks, li huma mikrija mill-Awtorità tal-Artijiet lill-Heritage Parks Federation, se jiġu trasformati f’ċentru amministrattiv u edukattiv għall-viżitaturi ta’ dan il-park.

Matul iż-żjara tiegħu, il-Ministru kien akkumpanjat minn rappreżentanti tal-Heritage Parks Federation fosthom is-Sur Darren Saliba, li ilu jmexxi l-park għal dawn l-aħħar 15-il sena. Huwa spjega kif dan il-proġett huwa pass ieħor importanti biex il-Park tal-Majjistral ikompli joffri servizzi edukattivi u amministrattivi aħjar għall-pubbliku.

Il-Ministru Zrinzo Azzopardi saħaq fuq l-importanza ta’ dawn il-proġetti ta’ riġenerazzjoni. “Bħala Ministeru għall-Artijiet huwa fid-dover tagħna li naraw li dawn is-siti storiċi li huma propjetà tal-Gvern, jiġu restawrati u riġenerati f’postijiet ta’ użu differenti għall-benefiċċju tal-komunità. Għaldaqstant huwa ta’ sodisfazzjon li nara l-amministrazzjoni tal-Park tal-Majjistral b’kollaborazzjoni ma’ Din l-Art Ħelwa u Nature Trust, tmexxi proġett bħal dan sabiex dawn il-kmamar jiġu mill-ġdid użati għal skopijiet amministrattivi u edukattivi.”

Il-Ministru żied jgħid li l-Awtorità tal-Artijiet qed tkompli tkun protagonista f’dawn it-tip ta’ inizjattivi fejn qed tibni djalogu dwar aktar possibbiltajiet ta’ devoluzzjoni ta’ postijiet bħal dawn, kemm ma’ diversi kunsilli lokali kif ukoll ma’ NGOs. Din il-kollaborazzjoni qed tkompli tgħin sabiex isiru aktar proġetti ta’ riġenerazzjoni ta’ binjiet storiċi.

Is-Sur Darren Saliba, rappreżentant tal-Heritage Parks Federation, spjega kif b’dan il-proġett se jkunu qed jiġu restawrati spazji li eventwalment iservu kemm għall-ħidma amministrattiva tal-park kif ukoll għal programmi edukattivi marbuta mal-ambjent naturali u l-wirt storiku tal-inħawi. Żied jgħid li l-kmamar se jkunu wkoll mgħammra bil-faċilitajiet neċessarji biex isiru diversi attivitajiet edukattivi u anke rikreattivi.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTIJIET U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI Proġett ta’ restawr tal-Barracks ta’ Għajn Tuffieħa fil-Park tal-Majjistral
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTIJIET U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI Proġett ta’ restawr tal-Barracks ta’ Għajn Tuffieħa fil-Park tal-Majjistral
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow