Left arrow Go Back

STQARRIJA MINN DR LYDIA ABELA: ‘Ikla bi Mħabba’ tferraħ lill-anzjani f’San Vinċenz De Paul

PR250247
Date Icon 14/02/2025

Mal-85 anzjan u anzjana f’San Vinċenz De Paul kellhom l-opportunità jgawdu ikla bi mħabba li nisslet atmosfera ta’ ferħ u għaqda fir-residenza li llum saru jqattgħu l-ġranet kollha tagħhom.  

L-attività nibtet minn idea ta’ mart il-Prim Ministru Dr Lydia Abela li, kif qed tagħmel għat-tfal b’Rigal bi Mħabba fil-Milied, issa tibda wkoll inizjattiva għall-anzjani f’Jum San Valentinu.

Dr Abela ħadmet ma’ erba’ mill-parteċipanti ewlenin ta’ MasterChef Malta – Andrew Debattista, Nicholas Bartolo, Florina Silvio u Ian Agius – u mat-tmexxija ta’ San Vinċenz biex ġie ppreparat menù varjat ta’ ikel bnin għall-anzjani li ngħaqdu flimkien għal din l-attività. 

Bis-sehem tal-kantanti Glen Vella u Jasmine Abela, ‘Ikla bi Mħabba’ serviet ta’ nofs ta’ nhar ta’ divertiment f’residenza li tilqa’ anzjani li jkollhom jitilqu mill-komunità u jibdew jgħixu taħt il-ħarsien tal-professjonisti, inkluż anzjani li ma tantx jibqgħu jżuruhom qraba u għalhekk jistgħu jiffaċċjaw is-solitudni.

Dr Abela qalet li s-soċjetà Maltija hija mibnija fuq l-imħabba u l-kompassjoni. “Dak huwa l-messaġġ li ridna nwasslu llum. Li rridu nkunu hemm għal xulxin, inferrħu lil xulxin u ngħinu lil xulxin,” saħqet mart il-Prim Ministru. 

L-anzjani esprimew l-apprezzament tagħhom għal din l-attività b’differenza u qalu li qatt ma bassru li kienu se jieħdu daqstant gost.  

Din kienet l-ewwel edizzjoni ta’ Ikla bi Mħabba u l-inizjattiva mistennija ssir appuntament annwali biex tilħaq iktar anzjani.

STQARRIJA MINN DR LYDIA ABELA: ‘Ikla bi Mħabba’ tferraħ lill-anzjani f’San Vinċenz De Paul
STQARRIJA MINN DR LYDIA ABELA: ‘Ikla bi Mħabba’ tferraħ lill-anzjani f’San Vinċenz De Paul
STQARRIJA MINN DR LYDIA ABELA: ‘Ikla bi Mħabba’ tferraħ lill-anzjani f’San Vinċenz De Paul
STQARRIJA MINN DR LYDIA ABELA: ‘Ikla bi Mħabba’ tferraħ lill-anzjani f’San Vinċenz De Paul
STQARRIJA MINN DR LYDIA ABELA: ‘Ikla bi Mħabba’ tferraħ lill-anzjani f’San Vinċenz De Paul
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow