Left arrow Go Back

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI Jitlesta proġett ta’ rinnovar tal-librerija pubblika tal-Gżira minn ħaddiema tad-Diviżjoni tal-Gvern Lokali

pr250243
Date Icon 14/02/2025

Il-Kunsill Lokali tal-Gżira għadu kif lesta proġett ta' rinnovar u riġenerazzjoni tal-librerija pubblika tal-istess lokalità. Il-proġett, li sar permezz tal-ħaddiema tad-Diviżjoni tal-Gvern Lokali, ra li din il-librerija issir waħda iżjed moderna u aċċessibbli. Fil-fatt, din il-librerija, li tinsab ġewwa l-iskola primarja tal-Gżira, jagħmlu użu minnha kemm it-tfal tal-iskola u anke residenti oħra anke barra mil-lokal.

Il-librerija l-ġdida ġiet inawgurata mis-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali, Alison Zerafa Civelli u s-Sindku tal-Gżira, Neville Chetcuti. Huma rringrazzjaw lill-ħaddiema tal-RSSL, li jaqgħu taħt id-Diviżjoni tal-Gvern Lokali, għax-xogħol li wettqu f'dan il-proġett.

Is-Segretarju Parlamentari Alison Zerafa Civelli, faħħret ix-xogħol li għamlu l-ħaddiema f'din il-librerija, kif ukoll fi proġetti oħra li jiġu mitluba mill-Kunsilli Lokali stess sabiex jassistu fihom. “Dawn il-proġetti li qed ninawguraw, inkluż dawk ta' spazji miftuħa u proġetti kulturali, għandhom l-għan li jkomplu jtejbu l-ħajja tar-residenti. Il-proġett li inawgurajna llum huwa xhieda wkoll tal-impenn tagħna li tkompli ssir il-manutenzjoni ta' proġetti eżistenti kemm permezz ta' skemi maħruġa mid-Diviżjoni tal-Gvern Lokali kif ukoll permezz ta' għajnuna diretta lill-Kunsilli permezz tal-ħaddiema ingaġġati mad-Divizjoni," sostniet is-Segretarju Parlamentari Zerafa Civelli.

Min-naħa tiegħu, is-Sindku tal-Gżira, Neville Chetcuti qal kif permezz tal-għajnuna mid-Diviżjoni tal-Gvern Lokali, qed ikomplu jwettqu aktar proġetti għall-ġid tar-residenti. “Minkejja li bħal kull lokalità oħra l-Gżira kellha librerija tagħha, din il-librerija ma kienetx attrezzata biżżejjed għall-istudenti u t-tfal tal-lokal. Għalhekk bħala Kunsill Lokali ħadna d-deċiżjoni li nagħtu lit-tfal tagħna librerija isbaħ u aktar attrezzata," temm jgħid is-Sindku tal-Gżira.

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI Jitlesta proġett ta’ rinnovar tal-librerija pubblika tal-Gżira minn ħaddiema tad-Diviżjoni tal-Gvern Lokali
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI Jitlesta proġett ta’ rinnovar tal-librerija pubblika tal-Gżira minn ħaddiema tad-Diviżjoni tal-Gvern Lokali
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI Jitlesta proġett ta’ rinnovar tal-librerija pubblika tal-Gżira minn ħaddiema tad-Diviżjoni tal-Gvern Lokali
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow