Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-KUMMISSJONI ELETTORALI Elezzjoni każwali għall-Kunsill Lokali ta’ II-Kalkara

PR250241
Date Icon 14/02/2025

Nomini ta' Kandidati

Il-Kummissjoni Elettorali tavża li se tirċievi n-nomini tal-kandidati għall-Elezzjoni Każwali biex jimtela l-post ta' kunsillier għall-Kunsill Lokali ta' Il-Kalkara wara r-riżenja tal-Kunsillier Nadine Micallef, sa nhar l-Erbgħa, 19 ta' Frar, 2025 f'nofsinhar.

Il-kandidati jistgħu jissottomettu n-nomina tagħhom  personalment fl-Uffiċċju Elettorali fin-Naxxar bejn l-10:00 ta' filgħodu u nofsinhar minn nhar it-Tnejn 17 ta' Frar sal-Erbgħa 19 ta' Frar, 2025, jew onlajn permezz tal-link https://electoral.gov.mt/nominations minn nhar it-Tnejn 17 ta' Frar fl-10:00 ta' filgħodu sa nofsinhar l-Erbgħa, 19 ta' Frar, 2025.

Il-kandidati prospettivi huma avżati li jridu jippreżentaw il-Karta tal-Identità tagħhom. F'każ li l-formola tan-nomina se tiġi ppreżentata mir-rappreżentant tal-kandidat minħabba raġuni ta' mard jew safar, ir-rappreżentant għandu jissottometti prokura mill-kandidat li tkun speċifika għal dan il-għan u awtentikata minn nutar pubbliku. Ma' kull nomina għandu jsir depożitu ta' €90.

Il-formoli tan-nomini tal-kandidati prospettivi jistgħu jinkisbu mill-Uffiċċju tal-Kummissjoni Elettorali matul il-ġranet tan-nomini.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow