Left arrow Go Back

​STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA Organizzat workshop b’kollaborazzjoni mal-WHO dwar il-futur tal-kura għas-saħħa mentali

PR250230
Date Icon 12/02/2025

Numru ta’ stakeholders fil-qasam tas-saħħa u oqsma oħra qed jieħdu sehem f’Workshop Nazzjonali ta’ jumejn organizzat b’kollaborazzjoni bejn il-Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva u l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO), bit-tema prinċipali Il-futur tal-kura għas-saħħa mentali.

Dan il-workshop qed isir bħala parti mill-programm tal-Uffiċċju Reġjonali għall-Ewropa tal-WHO L-indirizzar tal-isfidi tas-saħħa mentali fis-27 pajjiż tal-Unjoni Ewropea, l-Iżlanda u n-Norveġja li qed jiġi ffinanzjat mill-UE. 

L-għan ta’ dan il-workshop hu li jiġu identifikati l-opportunitajiet li jwasslu għal titjib fil-qasam tas-saħħa mentali, kif ukoll jiġu diskussi l-modi kif tiġi integrata l-kura tas-saħħa mentali fis-servizzi tas-saħħa. Għaldaqstant matul dawn il-jumejn dawk preżenti se jkunu qed jiddiskutu flimkien l-aħjar prattiċi f’dan il-qasam u l-futur tal-kura għas-saħħa mentali.

Meta kien qed jindirizza l-workshop, il-Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva Jo Etienne Abela qal kif matul dawn l-aħħar snin, saru avvanzi kbar fil-kura għas-saħħa mentali. Semma kif fl-2014 l-Isptar Monte Karmeli kellu madwar 580 pazjent, filwaqt li llum il-ġurnata dan in-numru niżel għal 250. Qal kif fl-istess perijodu, in-numru ta’ konsulenti psikjatri rdoppja minn 12 għal 24. 

Il-Ministru Abela faħħar ukoll il-ħidma li qed issir fit-trasferiment tal-kura psikjatrika fil-komunità, l-introduzzjoni tal-helpline 1579, kif ukoll il-ħidma li qed jwettqu t-tim tal-Home Crisis Resolution. Huwa semma wkoll l-importanza li l-impjegati jkomplu jirċievu kull assistenza sabiex is-saħħa mentali tagħhom stess tiġi mħarsa. Il-Ministru Abela temm jgħid li l-Gvern kommess li jkompli jwettaq aktar bidliet f’dan il-qasam tant importanti. 

​STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA Organizzat workshop b’kollaborazzjoni mal-WHO dwar il-futur tal-kura għas-saħħa mentali
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow