Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRESIDENT

PR250226
Date Icon 12/02/2025

L-Uffiċċju tal-President ta' Malta (OPR) jinsab infurmat b'numru ta' paġni u profili foloz f'isem il-President Myriam Spiteri Debono, kemm fuq Facebook, X u Instagram.

Dawn il-paġni mhux biss qed jużaw isem il-President u ritratti tagħha, imma wkoll jużaw it-teknoloġija tal-intelliġenza artifiċjali biex jiġġeneraw filmati foloz li jattribwixxu kummenti lill-President.

L-Uffiċċju tal-President jiddiżassoċja lilu nnifsu minn kull kontenut li hu mmirat li jattira lin-nies biex jinvestu l-flus, b'mod speċjali crypto, li hu falz u jista' jwassal biex iqarraq bin-nies.

Kull darba li l-OPR kien notifikat b'tali profili u konenut fuq il-media soċjali, saru rapport lill-awtoritajiet b'talba biex tittieħed kull azzjoni neċessarja.

L-Uffiċċju tal-President jirringrazzja lil dawk kollha li jinnotifikawh b'każi simili ta' qerq fuq il-media soċjali, u jħeġġeġ lil kulħadd biex ikun viġilanti u jevita li jisfa vittma.

Dan l-Uffiċċju jinforma wkoll li l-uniċi paġni uffiċjali tal-President Myriam Spiteri Debono huma https://www.facebook.com/MyriamSpiteriDebono fuq Facebook, https://www.instagram.com/president_mt/ fuq Instagram, u https://x.com/president_mt fuq X.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow