Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA Malta se tibbenefika minn proġett Ewropew li jintegra l-intelliġenza artifiċjali fir-radjoloġija

PR250214
Date Icon 07/02/2025

Fi Brussell, il-Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva Jo Etienne Abela pparteċipa fil-laqgħa 'European Cancer Imaging Initiative' li matulha ġew diskussi innovazzjonijiet li jintegraw l-intelliġenza artifiċjali fis-servizz tar-radjoloġija. Fil-laqgħa pparteċipaw ukoll Dr Melvin D'Anastasi, Aġent Direttur tad-Dipartiment tal-Medical Imaging fl-Isptar Mater Dei u Dr Kelvin Cortis Direttur Mediku fl-Isptar Mater Dei.

Waqt il-laqgħa tħabbar li Malta ġiet allokata fondi mill-programm 'EU4Health' biex tipparteċipa fil-proġett 'BreastScan'. Dan il-proġett se jdum għaddej erba' snin u se jikkollaboraw fih għoxrin entità minn disgħa pajjiżi Ewropej differenti.

Il-Ministru Abela laqa' din l-aħbar b'sodisfazzjon u spjega kif 'il fuq minn miljun mammografiji, ultrasounds, u MRI scans, minn 7,500 każ ta' kanċer tas-sider ikkonfermat, ħa jkunu qed jiġu inklużi f'dan il-proġett. Dan bil-għan li tinġabar dejta li se tiġi sottomessa f'għodda li taħdem abbażi tal-intelliġenza artifiċjali.

Il-Ministru Abela tenna li dan il-proġett huwa kruċjali għax iwassal sabiex issir dijanjosi preċiża fi ftit żmien u tittieħed azzjoni f'waqtha li jwassal għal riżultati mtejba għall-pazjenti. “L-AI fir-radjoloġija huwa mistenni li jsalva l-ħajjiet permezz ta' dijanjosi preċiża li twassal għal kura personalizzata," temm jgħid il-Ministru Abela.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA Malta se tibbenefika minn proġett Ewropew li jintegra l-intelliġenza artifiċjali fir-radjoloġija
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow