AVVIŻ MID-DIRETTORAT GĦAS-SAĦĦA AMBJENTALI
Skont l-Att dwar is-Sigurtà fl-Ikel u r-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru. 178 tal-2002, id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika, jixtieq jinforma lill-pubbliku, li wara informazzjoni li rċieva permezz tas-Sistema Rapida għall-Ikel u l-Għalf, il-prodott imsemmi m'għandux jiġi kkunsmat minħabba livelli elevati ta' Mineral Oil Components (MOSH u MOAH) li nstabu kemm fil-prodott, kif ukoll fil-kontenitur.
| Isem tal-prodott fuq it-tikketta: | Sella Basmati Rice |
| Ditta: | AL Shalan |
| Lott involut: | 1311/22/ALT |
| Data tad-durabilita`: | 31/08/2026 |
| Tip ta' kontenitur u piż: | Xkora ta' 1kg |
| Oriġini: | Indja |
| ![]() |
Il-Mineral Oil Aromatic Hydrocarbons (MOAH) u Mineral Oil Saturated Hydrocarbons (MOSH) huma tip ta' kontaminanti li jispiċċaw fl-ikel mill-ambjent bħall-użu fil-fabbriki, additivi jew anke migrazzjoni mill-ippakkeġjar u jista' jkunu karċinogeni (https://www.efsa.europa.eu/en/topics/topic/mineral-oil-hydrocarbons)
Għal aktar informazzjoni, l-pubbliku jista' jċempel lis-Servizzi tas-Saħħa Ambjentali fuq numru tat-telefon – 2133 7333 mit-8:00 ta' filgħodu sas-2:30 ta' waranofsinhar jew jibgħat email fuq admin.ehd@gov.mt . Il-pubbliku huwa ġentilment mitlub iżur il-paġna tad-Direttorat fuq Facebookhttps://www.facebook.com/EHDMalta jew is-sit uffiċjali fuq https://environmentalhealth.gov.mt għal informazzjoni simili.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN

