Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INDAFA PUBBLIKA Titnieda l-istrateġija tal-ilma tal-UfM f’Malta

PR250210
Date Icon 07/02/2025

Inizjattivi ambizzjużi se jipprovdu benefiċċji konkreti għall-familji, bdiewa u negozji

Il-familji, il-bdiewa u n-negozji fir-reġjun tal-Mediterran se jibbenefikaw minn sett ġdid ta' proposti ambizzjużi li huma mmirati biex jassiguraw provvista tal-ilma fir-reġjun.

Il-pjattaforma reġjonali tal-Unjoni għall-Mediterran (UfM) dwar l-ilma ltaqgħet f'Malta biex tħejji abbozz ta' Dikjarazzjoni Ministerjali dwar l-ilma fil-Mediterran. Din il-laqgħa qed tiġi organizzata mill-UfM bil-kollaborazzjoni tal-Aġenzija tal-Enerġija u l-Ilma.

Waqt il-laqgħa, il-Ministru għall-Ambjent u l-Enerġija Miriam Dalli tat direzzjoni biex jiġu inklużi miżuri tanġibbli li jħallu benefiċċji fir-reġjun tal-Mediterran, fosthom inizjattivi bħal Faċilità għall-iżvilupp ta' proġetti kif ukoll twaqqif ta' Mediterranean Water Academy.

Dawn l-inizjattivi qed jiġu mfassla biex iħaffu l-iżvilupp ta' proġetti importanti fis-settur tal-ilma u biex jippreparaw il-komunitajiet lokali b'għarfien, it-teknoloġija, u r-riżorsi finanzjarji meħtieġa biex jindirizzaw il-problema tal-iskarsezza tal-ilma.

Il-Ministru Dalli saħqet fuq is-suċċessi ta' Malta fil-qasam tad-desalinazzjoni u t-trattament tad-drenaġġ, kif ukoll l-użu effettiv ta' green bonds; innovazzjonijiet li jistgħu jwasslu għal kontijiet orħos għan-nies u jtejbu l-produzzjoni lokali tal-ikel, kif ukoll isaħħu l-istandards tas-saħħa pubblika madwar ir-reġjun.

“Permezz tal-kollaborazzjoni u l-innovazzjoni, nistgħu noħolqu pedament għar-reġjun tal-Mediterran aktar reżiljenti, filwaqt li nassiguraw sigurtà u affordabiltà tal-ilma għal kulħadd. Dan qed nagħmluh biex inkomplu nassiguraw li l-familji jkollhom provvista tal-ilma affidabbli, li l-bdiewa jistgħu jkomplu jiġu appoġġjati u n-negozji jistgħu jkomplu jikbru b'mod sostenibbli," temmet tgħid il-Ministru Dalli.

Din id-Dikjarazzjoni Ministerjali ssewgi d-dikjarazzjoni preċedenti, magħrufa bħala d-Dikjarazzjoni ta' Valletta, li tnediet f'Malta fl-2017 waqt il-Laqgħa Ministerjali tal-UfM dwar l-ilma.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INDAFA PUBBLIKA Titnieda l-istrateġija tal-ilma tal-UfM f’Malta
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INDAFA PUBBLIKA Titnieda l-istrateġija tal-ilma tal-UfM f’Malta
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow