Left arrow Go Back

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAX-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Ġnien Rousset – Spazju miftuħ akbar u aktar ħadrani fil-qalba tal-komunità

pr250204
Date Icon 06/02/2025

Ġnien Rousset, fil-qalba tal-lokalità ta' Ħal Kirkop, b'madwar 2,500 resident Koppin, ser ikun qiegħed jinbidel fi spazju miftuħ akbar u aktar ħadrani. B'investiment ta' madwar €400,000, id-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi ser ikun qed jestendi l-ħdura tal-ġnien eżistenti billi filwaqt li jippreserva s-siġar maturi li hemm imħawla, iżid aktar siġar biex dawn jipprovdu dell naturali.

Is-Segretarju Parlamentari għax-Xogħlijiet Pubbliċi Omar Farrugia, saħaq kif dan il-ġnien fin-naħa t'isfel ta' Malta, b'pożizzjoni ċentrali fil-lokalità ta' Ħal Kirkop, ser ikun mibdul fi spazju fejn l-anzjani u ż-żgħażagħ jistgħu jqattgħu ħin ta' kwalità flimkien.

Is-Segretarju Parlamentari Farrugia żied li dan il-proġett ta' spazju miftuħ fl-urban, jingħaqad ma' numru ta' proġetti oħrajn li bħala Public Works qiegħda taħdem fuqhom fil-qalba tal-ibliet u l-irħula Maltin u li jagħmlu parti mill-viżjoni ambjentali tal-Gvern. 

Is-Sindku ta' Ħal Kirkop Matthew Agius Zammit, filwaqt li rringrazzja lill-Public Works tal-impenn tagħhom biex jimmaterjalizza dan il-proġett, enfasizza dwar l-importanza li Ġnien Rousset għandu għar-residenti Koppin.

Dan l-ispazju miftuħ, imdawwar bil-ground tan-Nursery tal-Football ta' Ħal Kirkop, kif ukoll l-iskola sekondarja ta' San Benedittu, ser ikun qiegħed jinbidel minn spazju mitluq għal wieħed ħadrani li jagħmel ġieħ lil-lokalità ta' Ħal Kirkop.

Ir-riġenerazzjoni totali ta' Ġnien Rousset, liema isem ingħata wara ġemellaġġ li kien sar bejn il-Kunsill Lokali ta' Ħal Kirkop u l-villaġġ żgħir Rousset li jinsab fil-provinċja Aix-en-Provence fi Franza, hija ħolma tal-Koppin, li ser tkun qiegħda tinbidel f'realtà.

Ftit xhur ilu, id-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi ffirma memorandum ta' qbil mal-Kunsill Lokali preċedenti biex ikun jista' jitwettaq dan ix-xogħol ta' riġenerazzjoni.

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAX-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Ġnien Rousset – Spazju miftuħ akbar u aktar ħadrani fil-qalba tal-komunità
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAX-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Ġnien Rousset – Spazju miftuħ akbar u aktar ħadrani fil-qalba tal-komunità
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAX-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Ġnien Rousset – Spazju miftuħ akbar u aktar ħadrani fil-qalba tal-komunità
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦAX-XOGĦLIJIET PUBBLIĊI Ġnien Rousset – Spazju miftuħ akbar u aktar ħadrani fil-qalba tal-komunità
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow