Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-AWTORITÀ TA' MALTA GĦALL-KOMPETIZZJONI U GĦALL-AFFARIJIET TAL-KONSUMATUR: Rota tat-tfal u żewġ settijiet tad-dawl irtirati mis-suq Malti

pr250199
Date Icon 06/02/2025

L-MCCAA tinforma lill-pubbliku dwar il-perikli ta' rota tat-tfal u żewġ settijiet tad-dawl, identifikati bid-dettalji li ġejjin:

  1. Stoy 12" Navy Blue (Art. No. 813403) bin-numru tal-batch IK10257436 [irreferi għar-ritratt 1]
  2. Lighting chain Art no: 23101-2 EAN Code: 8016886231010 [irreferi għar-ritratt 2]
  3. Lighting chain Model Number: W-20-5 EAN Code: 691510100207 [irreferi għar-ritratt 3]

Din ir-rota ġiet irtirata mis-suq għax il-handlebar jista' jinkiser minħabba saħħa mekkanika baxxa li tista' twassal għal telf ta' kontroll u li t-tfal jaqgħu u jweġġgħu. Dan il-prodott instab li mhux konformi mar-Regolament dwar is-Sigurezza Ġenerali tal-Prodotti.

Min-naħa l-oħra, minħabba n-nuqqas ta' insulazzjoni ta' wieħed mis-settijiet tad-dawl u s-saħħa mekkanika baxxa tal-ieħor, il-live parts jistgħu jiġu esposti faċilment u potenzjalment iwasslu għal xokk elettriku. Dan minbarra nuqqasijiet oħra relatati man-nuqqas ta' struzzjonijiet u informazzjoni dwar is-sigurtà. Dawn is-settijiet ma kinux konformi mad-Direttiva tal-Vultaġġ Baxx.

Bħala riżultat, l-MCCAA ħadet il-proċeduri meħtieġa biex tiżgura li dawn il-prodotti jitneħħew mis-suq lokali b'effett immedjat. Il-konsumaturi li xtraw xi wieħed mill-prodotti msemmija hawn fuq għandhom jevitaw li jużawhom u, fejn possibbli, jirritornawhom għand tal-ħanut minn fejn xtrawhom. Il-bejjiegħa għandhom jipprovdu rimedju lill-konsumaturi, fejn fil-każ tar-rota din tista' tiġi rritornata lill-bejjiegħ biex jibdlilha l-handlebar filwaqt li s-settijiet tad-dawl jistgħu jinbidlu ma' prodott ieħor simili, li hu konformi u tal-inqas tal-istess valur, jew, jekk il-bdil mhux possibbli, joffru rifużjoni sħiħa tal-ammont imħallas.

Dawn it-testijiet li saru f'laboratorji akkreditati, kienu parti minn proġett tal-Kummissjoni Ewropea: CASP (Attivitajiet Ikkordinati fuq is-Sigurtà tal-Prodotti). Malta, permezz tal-MCCAA, impenjat ruħha li tieħu sehem f'kampanji ta' ttestjar fuq firxa wiesgħa ta' prodotti, li jinkludu roti tat-tfal u highchairs, li wħud minnhom huma soġġetti għal reviżjoni kontinwa, kif ukoll gazazi tat-tfal u l-holders, ġugarelli slime u heaters tal-elettriku. 

Il-konsumaturi huma dejjem imfakkra biex jiċċekkjaw il-pjattaforma tas-Safety Gate li tinsab fil-link li ġej https://ec.europa.eu/safety-gate-alerts/screen/webReport qabel ma jixtru prodotti, f'każ li l-prodott li beħsiebhom jixtru jkun wieħed irtirat.

F'każ ta' mistoqsijiet relatati mal-prodotti li qed jiġu rtirati mis-suq, jekk jogħġbok ikkuntattja lid-Direttorat tas-Sorveljanza tas-Suq fuq marketsurveillance@mccaa.org.mt.

F'każ ta' mistoqsijiet relatati mar-rimedji tal-prodotti rtirati mis-suq, jekk jogħġbok ikkuntattja lill-Uffiċċju għall-Affarijiet tal-Konsumatur fuq consumer.rights@mccaa.org.mt.

STQARRIJA MILL-AWTORITÀ TA' MALTA GĦALL-KOMPETIZZJONI U GĦALL-AFFARIJIET TAL-KONSUMATUR: Rota tat-tfal u żewġ settijiet tad-dawl irtirati mis-suq Malti
STQARRIJA MILL-AWTORITÀ TA' MALTA GĦALL-KOMPETIZZJONI U GĦALL-AFFARIJIET TAL-KONSUMATUR: Rota tat-tfal u żewġ settijiet tad-dawl irtirati mis-suq Malti
STQARRIJA MILL-AWTORITÀ TA' MALTA GĦALL-KOMPETIZZJONI U GĦALL-AFFARIJIET TAL-KONSUMATUR: Rota tat-tfal u żewġ settijiet tad-dawl irtirati mis-suq Malti
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow