Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-GVERN TA’ MALTA Il-funeral ta’ Monsinjur Victor Grech organizzat mill-Istat se jsir nhar is-Sibt li ġej

PR250192
Date Icon 05/02/2025

Il-funeral mill-Istat ta' Monsinjur Victor Grech se jsir nhar is-Sibt li ġej, 8 ta' Frar 2025. Il-quddiesa praesente cadavere se ssir fil-Konkatidral ta' San Ġwann, il-Belt Valletta, fl-10:30am u se tkun ikkonċelebrata minn Monsinjur Charles J. Scicluna, Arċisqof ta' Malta.

Aktar qabel il-Gvern ħabbar li l-Uffiċċju tal-Prim Ministru tkellem mal-qraba u dawk li kienu l-aktar qrib Mons. Victor Grech fejn il-Gvern offra li l-Istat jorganizza l-funeral ta' persuna li wettaq ġid straordinarju għas-soċjetà Maltija. Il-familja laqgħet it-talba tal-Gvern.

Il-Gvern iddeċieda wkoll li s-Sibt li ġej se jiġi mmarkat bħala jum ta' luttu. Is-Segretarju Permanenti Ewlieni Tony Sultana se jkun qed jikteb uffiċjalment lis-Segretarji Permanenti, Diretturi Ġenerali, Diretturi u Kapijiet tal-Entitajiet Pubbliċi biex is-Sibt il-bnadar fuq il-binjiet pubbliċi jittajru mezz'asta.

Il-programm tal-funeral organizzat mill-Gvern ta' Malta se jingħata aktar 'il quddiem.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow