Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI SOĊJALI U AFFORDABBLI: Proġett ta' riġenerazzjoni fil-qasam tal-akkomodazzjoni soċjali f'Ta' Giorni

pr250190
Date Icon 05/02/2025

Il-Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli, Roderick Galdes, żar il-proġett ta' riġenerazzjoni li sar ġewwa l-qasam tal-akkomodazzjoni soċjali f'Ta' Giorni, fil-limiti ta' San Ġiljan. Dan il-proġett ta' riġenerazzjoni, b'investiment ta' madwar €250,000, ikkonsista fit-tisbiħ tal-faċċati tal-blokok tal-akkomodazzjoni soċjali, waqt li fi blokka minnhom sar rinovar tal-bejt.

Ix-xogħol ta' riġenerazzjoni sar fuq ħames blokok ta' appartamenti, li minnu bbenefikaw 66 familja. F'kummenti li ta waqt din iż-żjara, il-Ministru Galdes spjega kif il-Gvern qiegħed jinvesti f'dawn il-proġetti ta' riġenerazzjoni f'oqsma ta' akkomodazzjoni soċjali biex joffri lir-residenti tal-istess akkwati ambjent isbaħ u livell ta' ħajja ta' kwalità ogħla.

“Dan il-proġett huwa xhieda tal-investiment li qed inwettqu biex ngħollu l-kwalità tal-ħajja ta' dawk kollha li joqogħdu f'dawn l-akkwati. Ir-residenti qed jesperjenzaw bidla f'dan il-qasam tad-djar, li bla dubju qed twassal għal titjib sostanzjali fid-dinjità tagħhom," sostna l-Ministru.

Il-Ministru Galdes esprima s-sodisfazzjon tiegħu li tali proġett qed ikun wieħed utli biex jagħmel id-differenza fil-ħajja ta' kuljum tar-residenti konċernati. “Huwa importanti li ntejbu d-dehra ta' dawn il-blokok ta' appartamenti, iżda aktar minn hekk, qed nagħmlu d-differenza f'ħajjet ir-residenti li jirrisjedu fihom," ikkonkluda l-Ministru Galdes.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI SOĊJALI U AFFORDABBLI: Proġett ta' riġenerazzjoni fil-qasam tal-akkomodazzjoni soċjali f'Ta' Giorni
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI SOĊJALI U AFFORDABBLI: Proġett ta' riġenerazzjoni fil-qasam tal-akkomodazzjoni soċjali f'Ta' Giorni
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AKKOMODAZZJONI SOĊJALI U AFFORDABBLI: Proġett ta' riġenerazzjoni fil-qasam tal-akkomodazzjoni soċjali f'Ta' Giorni
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow