STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAS-SAĦĦA U L-ANZJANITÀ ATTIVA Iffirmat ftehim kollettiv ġdid għall-impjegati tal-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi
Ġie ffirmat ftehim kollettiv ġdid hekk kif intlaħaq qbil bejn il-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi (FMS) u l-Union Ħaddiema Magħqudin (UĦM), li se jwassal għal benefiċċji sostanzjali għall-impjegati li jaħdmu mal-FMS.
Minn dan il-ftehim ser jibbenefikaw numru ta' impjegati minn dipartimenti varji fosthom periti, project managers, document controllers, quantity surveyors, IT personnel, procurement personnel, kif ukoll draughts persons. Permezz ta' dan il-ftehim, il-ħaddiema ser ikunu qed jaraw żieda fil-pagi, kif ukoll se jingħataw opportunitajiet biex javvanzaw fil-karrieri rispettivi tagħhom.
Il-Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva Jo Etienne Abela qal kif għall-ewwel darba dan il-ftehim ser ikun qed jara li l-ħaddiema kollha fi ħdan din il-fondazzjoni jkunu parteċipi għal dan il-ftehim li ser isarraf f'kundizzjonijiet u kwalità ta' ħajja aħjar għall-impjegati. “Dan ikompli mal-ħidma li qed iwettaq il-Ministeru f'dawn l-aħħar xhur, dik li nkomplu ninvestu mhux biss fl-infrastruttura u ekwipaġġ, iżda wkoll fir-riżors uman li tgħin biex inkomplu ntejbu s-servizz fis-settur tas-saħħa," temm jgħid il-Ministru Abela.
Filwaqt li esprima gratitudni għan-negozjati ta' suċċess, il-Kap Eżekuttiv tal-FMS Dr Robert Xuereb faħħar l-isforz kollaborattiv bejn id-Diviżjoni tal-People and Standards, il-UĦM u l-Ministeru. Qal li dan il-ftehim jirrifletti dedikazzjoni kollettiva biex jitrawwem ambjent tax-xogħol aħjar. Żied jgħid li dan il-ftehim kollettiv huwa xhieda tal-impenn kontinwu tal-FMS biex mhux biss ittejjeb l-infrastruttura tas-saħħa f'Malta iżda wkoll tiżgura l-benesseri tal-impjegati tagħha.
Other Press Releases:
PR261926
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...
PR261925EN