Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTIJIET U L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-PROGRAMM ELETTORALI Il-Forti ta’ Bengħajsa f’Birżebbuġa se tingħata lin-nies kif xieraq

pr250179
Date Icon 03/02/2025

Il-gvern se jieħu lura Forti Bengħajsa, li ilu okkupat illegalment għal bosta snin u se jingħata lura lin-nies. Din id-deċiżjoni hi parti mill-isforzi tal-gvern biex jiżgura l-użu xieraq tal-art pubblika u jneħħi l-irregolaritajiet li saru f’dan il-post storiku matul iż-żmien.

Din l-aħbar, li ngħatat mill-Prim Ministru Robert Abela, hi parti mill-proċess biex il-Forti jiġi lura f’idejn l-Istat, liema proċess qed jersaq lejn il-konklużjoni tiegħu. Il-gvern qed jaħdem biex jiżgura li dan il-post jiġi riabilitat u jerġa’ jibda jitgawda mill-pubbliku kif inhu xieraq.

Il-Ministru għall-Artijiet u l-Implimentazzjoni tal-Programm Elettorali Stefan Zrinzo Azzopardi qal li permezz tal-Awtorità tal-Artijiet flimkien mal-entitajiet relevanti, ittieħdu proċeduri u hemm ħidma oħra għaddejja biex dan il-proċess isir b'mod ordnat u skont il-parametri tal-liġi.

Dan wara li l-istess Awtorità tal-Artijiet ħarġet ordni ta’ żgumbrament sal-aħħar ta’ Frar lill-okkupanti illegali f’din il-forti sabiex il-fortizza tkun magħluqa u sorveljata sakemm jitneħħew diversi irregolaritajiet li saru matul is-snin.

Il-gvern jibqa’ impenjat biex ikompli jtejjeb l-użu ta propjetà pubblika filwaqt li jinsab kommess li l-Forti ta’ Bengħajsa tingħata lura lin-nies bl-użu li jirrispetta l-valur storiku tagħha.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow