Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INDAFA PUBBLIKA: Ikompli t-tisħiħ tas-sistema tad-distribuzzjoni tal-elettriku

PR250173
Date Icon 02/02/2025

3.6km ta’ cables ġodda f’Ħ’Attard

F’Ħ’Attard għaddej xogħol ta’ tisħiħ fis-sistema tad-distribuzzjoni tal-elettriku fejn se jiżdiedu man-network eżistenti 3.6 kilometri ta’ cables ġodda.

Dawn id-dettalji ngħataw waqt żjara f’Ħ’Attard mill-Ministru għall-Energija Dr Miriam Dalli u ċ-Chairman Eżekuttiv tal-Enemalta, Inġ. Ryan Fava, fejn ġie spjegat li permezz ta’ dawn il-cables, se tiżdied il-konnettività f’din il-lokalità biex tkompli tissaħħaħ ir-reżiljenza u l-flessibbiltà fil-grid tal-elettriku.

“Dan l-investiment jirrifletti l-impenn kontinwu tal-Gvern biex inkomplu ntejbu t-teknoloġija u l-infrastruttura tal-elettriku f’pajjiżna. Dawn il-cables ġodda se jkomplu jsaħħu l-konnettività filwaqt li jgħinuna nilħqu l-miri tagħna jiġifieri li l-provvista tal-elettriku tkun aktar flessibbli u reżiljenti,” qalet il-Ministru Miriam Dalli. 

Apparti dawn ix-xogħlijiet ta’ cables ġodda, se jitkabbar l-iswitchgear fis-substations sabiex tkompli tissaħħaħ is-sistema ta’ distribuzzjoni f’din iż-żona.

Iċ-Chairman Eżekuttiv tal-Enemalta, Inġ. Ryan Fava qal li dan ix-xogħol ikompli jibni fuq ix-xogħol li nbeda s-sena l-oħra fejn tpoġġew iktar minn 82 kilometru ta’ cables ġodda taħt l-art. Spjega li dan l-investiment strateġiku se jtejjeb il-konnettività lokali u jkompli jsaħħaħ il-grid tal-elettriku. Irrimarka li b’dawn ix-xogħlijiet, se tkun żgurata r-reżiljenza tan-network tal-elettriku biex l-infrastruttura tal-enerġija tkun iktar b’saħħitha u sostenibbli.

Dan ix-xogħol, li qed isir b’kollaborazzjoni ma’ Infrastructure Malta u Transport Malta, hu parti mill-impenn tal-Enemalta li tqiegħed 60 kilometru ta’ cables ġodda taħt l-art f’21 lokalità madwar Malta u Għawdex. Bħalissa, għaddejjin ix-xogħlijiet fi 15-il lokalità differenti biex tiżdied il-konnettività fejn uħud minnhom diġà waslu fil-fażijiet finali ta’ tlestija.

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INDAFA PUBBLIKA: Ikompli t-tisħiħ tas-sistema tad-distribuzzjoni tal-elettriku
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INDAFA PUBBLIKA: Ikompli t-tisħiħ tas-sistema tad-distribuzzjoni tal-elettriku
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INDAFA PUBBLIKA: Ikompli t-tisħiħ tas-sistema tad-distribuzzjoni tal-elettriku
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-AMBJENT, L-ENERĠIJA U L-INDAFA PUBBLIKA: Ikompli t-tisħiħ tas-sistema tad-distribuzzjoni tal-elettriku
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow