Left arrow Go Back

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-ANZJANITÀ ATTIVA U MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI Ħal Tarxien jingħaqad ma’ lokalitajiet oħra b’Ċentru tal-Anzjanità Attiva

PR250168
Date Icon 31/01/2025

Permezz ta’ ftehim mal-Kunsill Lokali ta’ Ħal Tarxien, ġie mniedi uffiċjalment iċ-Ċentru tal-Anzjanità Attiva fil-lokalità ta’ Ħal Tarxien, li se joffri spazju sigur fejn l-anzjani jkunu jistgħu jiltaqgħu, jattendu sessjonijiet edukattivi u soċjali, u jibqgħu attivi fil-komunità tagħhom. B’dan iċ-ċentru ġdid, in-numru ta’ lokalitajiet b’Ċentri tal- Anzjanità Attiva laħaq il-35, b’aktar minn 2,500 anzjan jattendu b’mod regolari dawn iċ-ċentri. 

Iċ-Ċentru f’Ħal Tarxien se jkun qed jopera mis-sala f’Dar Nazareth, b’kollaborazzjoni bejn il-Kunsill Lokali u l-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità. Il-programm tal-attivitajiet f’dan iċ-ċentru huwa mfassal biex jippromwovi t-tagħlim tul il-ħajja, jagħti għarfien dwar is-saħħa fiżika u mentali, u jsaħħaħ l-interazzjoni soċjali fost l-anzjani ta’ Ħal Tarxien.

Is-Segretarju Parlamentari għall-Anzjanità Attiva, Malcolm Paul Agius Galea, saħaq li ċ-Ċentri tal-Anzjanità Attiva huma pilastru importanti biex l-anzjani jibqgħu attivi u indipendenti fil-komunitajiet tagħhom. Huwa enfasizza l-impenn tal-Gvern li jkompli jinvesti f’dawn iċ-ċentri sabiex aktar anzjani jkollhom opportunità jipparteċipaw f’attivitajiet edukattivi u soċjali li jgħinuhom iżommu stil ta’ ħajja attiv. 

“B’dawn iċ-ċentri, qed niżguraw li l-anzjani jibqgħu parti attiva mis-soċjetà, b’aktar opportunitajiet biex jiltaqgħu, jitgħallmu u jgawdu l-ħajja fil-komunità tagħhom,” kompla jgħid is-Segretarju Parlamentari Agius Galea.

Is-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali Alison Zerafa Civelli faħħret lill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Tarxien u lill-Anzjanità Attiva u l-Kura fil-Komunità għal dan il-ftehim li permezz tiegħu se jkunu qegħdin jibbenefikaw numru ta’ anzjani. Hija saħqet fuq l-importanza li l-anzjani jibqgħu attivi fil-komunità, jieħdu ħsieb saħħithom u jiltaqgħu flimkien. 

Il-Kap Eżekuttiv tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità, Dr Renzo De Gabriele, spjega li ċ-Ċentri tal-Anzjanità Attiva joffru mhux biss post fejn l-anzjani jiltaqgħu iżda wkoll programm mifrux ta’ attivitajiet li jħeġġu l-involviment soċjali u jagħtu l-opportunità lill-anzjani jaqsmu l-esperjenzi tagħhom ma’ oħrajn.

Is-Sindku ta’ Ħal Tarxien, Joseph Abela Galea, esprima s-sodisfazzjon tiegħu li l-Kunsill Lokali qed jagħti spazju fiċ-ċentru tal-lokalità biex jospita dan is-servizz, li se joffri ambjent pożittiv u ta’ wens għall-anzjani Tarxiniżi.

Dan iċ-ċentru se jkun miftuħ kull nhar ta’ Ġimgħa, u se jkun qed jospita diversi sessjonijiet edukattivi u soċjali għall-anzjani. Dawn l-inizjattivi huma essenzjali sabiex l-anzjani jibqgħu parti attiva mill-komunità tagħhom, fejn jistgħu jgawdu minn attivitajiet ta’ valur li jtejbu l-kwalità tal-ħajja tagħhom.

STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-ANZJANITÀ ATTIVA U MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI Ħal Tarxien jingħaqad ma’ lokalitajiet oħra b’Ċentru tal-Anzjanità Attiva
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-ANZJANITÀ ATTIVA U MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI Ħal Tarxien jingħaqad ma’ lokalitajiet oħra b’Ċentru tal-Anzjanità Attiva
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-ANZJANITÀ ATTIVA U MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI Ħal Tarxien jingħaqad ma’ lokalitajiet oħra b’Ċentru tal-Anzjanità Attiva
STQARRIJA MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-ANZJANITÀ ATTIVA U MIS-SEGRETARJAT PARLAMENTARI GĦALL-GVERN LOKALI Ħal Tarxien jingħaqad ma’ lokalitajiet oħra b’Ċentru tal-Anzjanità Attiva
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexxejja tal-UE għax Malta ilha mill-bidu nett timbotta favur soluzzjoni għall-paċi” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261926

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Sodisfatt bil-qbil bejn il-mexx...

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  European funding through the Erasmus+ programme to strengthen educators’ professional development

PR261925EN

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

More Press Releases Right arrow